Mudell:PaġnaPrinċipali/Vetrina/Awwissu 2009

Il-Festival tal-Eurovision, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Eurovision Song Contest, hija kompetizzjoni annwali bejn il-pajjiżi membri attivi tal-European Broadcasting Union (EBU).

Kull pajjiż membru jibgħat kanzunetta biex jipparteċipa fi trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni u wara jinġabru l-voti mill-pajjiżi għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — b'hekk tintgħażel l-iktar kanzunetta popolari tal-kompetizzjoni. Kull pajjiż membru jipparteċipa permezz ta' stazzjon televiżiv li jkun membru tal-EBU, u li permezz ta' xi sistema ta' għażla ġewwa pajjiżhom, jintgħażel kantant u kanzunetta li jirrapreżenta l-pajjiż f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Il-Festival jiġi trażmess kull sena u l-ewwel edizzjoni saret fl-1956. Dan il-festival hu fost l-iktar programmi televiżivi li ilu jsir mad-dinja u hu anki fost l-aktar programmi (li mhumiex sportivi) segwiti mad-dinja, hekk kif jilħaq udjenza ta' madwar 100 miljun u 600 miljun. Il-Eurovision jixxandar wkoll barra mix-xtut Ewropej, fejn jiġi mxandar f'pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Eġittu, Ħong Kong, l-Indja, il-Ġordan, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Vjetnam u l-Istati Uniti, minkejja li dawn il-pajjiżi ma jikkompetux fil-festival. Mis-sena 2000, il-festival beda jiġi mxandar ukoll fuq l-internet, b'aktar minn 74,000 persuna minn 140 nazzjon isegwu l-edizzjoni tal-2006 fuq l-internet.

Aqra l-artiklu