Festival tal-Eurovision 1956

Il-Festival tal-Eurovision 1956 kien l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision, u dan sar f'Lugano, l-Iżvizzera. Din l-ewwel edizzjoni kienet aktar programm tar-radju, minkejja li kien hemm xorta waħda kameras fl-istudjo għall-benefiċċju tal-ftit Ewropej li kellhom televiżjoni. Id-differenza li din l-edizzjoni kellha mill-kompetizzjonijiet l-aktar riċenti, hi li kull pajjiż seta' jibgħat żewġ kanzunetti minflok waħda.

Festival tal-Eurovision 1956
ESC 1956 logo.png
Dati
Data tal-finali 24 ta' Mejju 1956
Ospitu
Sala Teatro Kursaal, Lugano, Żvizzera
Preżentatur(i) Lohengrin Filipello
Konduttur Fernando Paggi
Att tal-intervall Les Joyeux Rossignols u Les Trois Ménestrels
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 14
Vote
Kanzunetta rebbieħa Żvizzera Żvizzera
"Refrain"
Festival tal-Eurovision
Wiki Eurovision Heart (Infobox).svg [[ |►]]

Kien ġie rakkomandat bil-qawwi li kull pajjiż parteċipant ikollu festival nazzjonali preliminarju. L-Awstrija, id-Danimarka u r-Renju Unit ġew skwalifikati mis-serata finali, minħabba li kollha rreġistraw wara l-aħħar data ta' sottomissjoni.

Kull pajjiż parteċipant bagħat żewġ ġuriji f'Lugano, minbarra l-Lussemburgu li ħallew lill-ġurija Żvizzera biex jivvutaw għal posthom.

L-ebda rikording tal-vidjo tal-avveniment kollu mhu magħruf li salva, minkejja li rikording akustiku jeżisti (minkejja li għoxrin minuta huma neqsin mit-tmiem tal-ewwel parti tal-att tal-intervall sal-bidu tat-tħabbira tar-rebbieħ). Jidher li l-uniku vidjo minn dan il-konkors li baqa' intatt juri l-esebizzjoni tal-kanzunetta "Refrain" mingħand Assia wara r-rebħ tal-ewwel edizzjoni.

Regola waħda ta' dan il-konkors hu li kull pajjiż kellu jkollu finali nazzjonali; din ir-regola ġiet imwaqqa' fis-snin ta' wara u xi pajjiżi għażlu li jagħżlu l-kanzunetta internament.

Kontroversja tal-votazzjoniImmodifika

Is-sistema tal-votazzjoni f'dan il-festival kien iħalli lill-ġurija jivvutaw lil kull kanzunetta, inklużi wkoll dawk tal-istess pajjiż. Din hija sistema li reġgħetx ġiet użata, u hu emmnut minn xi nies li din kienet ir-raġuni wara r-rebħa ta' Assia.

Aktar minn hekk, il-ġurija Żvizzera kellha l-piż tal-voti tad-delegazzjoni tal-Lussemburgu, li din kienet xi ħaġa li għal darb'oħra ma ġietx ripetuta fl-istorja tal-Festival. Din ukoll wasslet għal xi allegazzjonijiet li dawn il-voti setgħu xaqilbu r-riżultat f'favur Assia.

Ir-riżultati ta' dan il-festival qatt ma ġew muriha lill-pubbliku, li ġab ukoll għajdut fuq il-pożizzjonijiet l-oħra. Il-kanzunetta l-oħra ta' Assia qatt ma ħarġet kummerċjalment, li wkoll ġab ħjiel li l-kanzunetta ma tantx marret tajjeb. Ħjiel oħra jinkludu wkoll il-possibilità tat-tieni post tal-Ġermanja permezz ta' Walter Andreas Schwarz (jew Freddy Quinn, f'xi verżjonijiet tal-għajdt), u b'hekk jiġi ġġustifikat il-fatt li l-Ġermanja ospitat l-edizzjoni tas-sena ta' wara, u l-possibilità tat-tielet post minn waħda mill-kanzunetti Belġjani.

L-att ta' l-interval, it-tisfir minn Joyeux Rossignols, kellu jiġi estiż minħabba dewmien fil-proċedura tal-voti.

RiżultatiImmodifika

# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1   Olanda Jetty Paerl De vogels van Holland L-Għasafar tal-Olanda
2   Żvizzera Lys Assia Das alte Karussell Il-Karrozzella l-Antika
3   Belġju Fud Leclerc Messieurs les noyés de la Seine Is-Sinjur Mgħarraq tas-Senna
4   Ġermanja Walter Andreas Schwarz Im Wartesaal zum großen Glück Il-Kamra tal-Istennija tal-Awguri
5   Franza Mathé Altéry Le temps perdu Il-Ħin Mitluf
6   Lussemburgu Michèle Arnaud Ne crois pas Temminx
7   Italja Franca Raimondi Aprite le finestre Iftaħ it-Twieqi
8   Olanda Corry Brokken Voorgoed voorbij Għadda għal Kollox
9   Żvizzera Lys Assia Refrain Trażżin 1
10   Belġju Mony Marc Le plus beau jour de ma vie L-Isbaħ Ġurnata ta' Ħajti
11   Ġermanja Freddy Quinn So geht das jede Nacht Hekk Inhu Kull Lejl
12   Franza Dany Dauberson Il est là Hu qiegħed Hawn
13   Lussemburgu Michèle Arnaud Les amants de minuit In-Namrati ta' Nofs il-Lejl
14   Italja Tonina Torrielli Amami se vuoi Ħobbni Jekk Trid

MappaImmodifika

 
     Pajjiżi parteċipanti

Ħoloq esterniImmodifika