Fud Leclerc
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fud Leclerc, imwieled bħala Fernand Urbain Dominic Leclercq, kien kantant Belġjan, li kien ukoll pjanista ta' Juliette Gréco. Wara l-karriera tiegħu bħala pjanista, liriċista u kantant, Leclerc dar mad-dinja qabel ma rritorna lura l-Belġju fejn beda karriera ġdida bħala kuntrattur tal-bini.
Leclerc irrapreżenta erba' darbiet lill-Belġju fil-Festival tal-Eurovision:
- 1956 – "Messieurs Les Noyés De La Seine" (Is-Sinjur Mgħarraq tas-Senna), mużika ta' Jean Miret u Jacques Say, lirika ta' Robert Montal; il-pożizzjoni finali mhix magħruf
- 1958 – "Ma Petite Chatte" (L-Għażiża Tiegħi), mużika u lirika ta' André Dohet; il-5 post (minn 10), 8 punti (minn 90 punt possibli)
- 1960 – "Mon Amour Pour Toi" (L-Imħabba Tiegħek Għalik), mużika ta' Jacques Say, lirika ta' Robert Montal, is-6 post (minn 13), 9 punti (minn 120 punt possibli)
- 1962 – "Ton Nom" (Ismek), mużika ta' Eric Channe, lirika ta' Tony Golan, ugwalja fl-aħħar post (minn 16), 0 punti (minn 45 punt possibli)
Il-kanzunetta li Leclerc kanta fl-edizzjoni tal-1962 tibqa' magħrufha minħabba li kienet l-ewwel kanzunetta f'din il-kompetizzjoni li ma kisbet l-ebda punt.