Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/5 ta' Novembru
5 ta' Novembru:
- 1757 – Il-Gwerra ta' Seba' Snin: Qawwiet Prussjani immexxija minn Federiku l-Kbir għelbu l-armata magħquda ta' Franza u l-Imperu Awstrijak fil-Battalja ta' Rossbach.
- 1854 – Il-Gwerra tal-Krimea: Minkejja li kellha numru inqas ta' suldati, u kienet qed tiġġieled f'kundizzjonijiet ta' viżibbiltà ħażina, l-armata alleata tar-Renju Unit u Franza għelbet lir-Russja fil-post li illum jissejjaħ Inkerman, fl-Ukrajna.
- 2008 – Barack Obama ġie elett President tal-Istati Uniti meta għeleb lill-kandidat Repubblikan John McCain.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1701 – Pietro Longhi, pittur Venezjan (m. 1785)
- 1854 – Paul Sabatier, kimiku Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (m. 1941)
- 1892 – J. T. S. Haldane, ġenetista Skoċċiż (m. 1964)
Mietu f'dan il-jum...
- 1879 – James Clerk Maxwell (stampa), fiżiku Skoċċiż (t. 1831)
- 1955 – Maurice Utrillo, pittur Franċiż (t. 1883)
- 1930 – Christiaan Eijkman, tabib u patologu Olandiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina (t. 1858)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Żakkarija.