Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/5 ta' Diċembru
5 ta' Diċembru:
- 1484 – Il-Papa Innoċent VIII ħareġ il-bolla papali Summis desiderantes li nkarigat liż-żewġ inkwiżituri, Heinrich Kramer u James Sprenger, biex jeqirdu is-seħer mill-Ġermanja u wasslet għal kaċċa għas-sħaħar mill-aktar oppressivi fl-istorja Ewropea.
- 1492 – Kristofru Kolombu sar l-ewwel Ewropew li niżel fuq il-gżira ta' Hispaniola, issa Ħaiti u r-Repubblika Dominikana.
- 1932 – Il-fiżiku Ġermaniż imwieled Żvizzeru, Albert Einstein, ingħata viża Amerikana.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1863 – Pawl Painlevé, matematiku u politiku Franċiż (m. 1933)
- 1868 – Arnold Sommerfeld, fiżiku Ġermaniż (m. 1951)
- 1901 – Werner Heisenberg, fiżiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1976)
Mietu f'dan il-jum...
- 1791 – Wolfgang Amadeus Mozart (stampa), kompożitur Awstrijak (t. 1756)
- 1870 – Alexandre Dumas, il-Missier, kittieb Franċiż (t. 1802)
- 1926 – Claude Monet, pittur impressjonista Franċiż (t. 1840)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Saba.