Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/31 ta' Lulju
31 ta' Lulju:
- 1492 – Il-Lhud tkeċċew minn Spanja bid-digriet ta' Alhambra.
- 1703 – Daniel Defoe tqiegħed fil-gonja għal reat ta' libell sedizzjuż wara li ppublika ktejjeb li kien politikament satiriku, imma ġie ssuttat bil-fjuri.
- 1941 – L-Olokawst: taħt ordni minn Adolf Hitler, l-uffiċjal Nazista Hermann Göring, ikkmanda 'l-Ġeneral Reinhard Heydrich tal-SS biex "jagħtini malajr kemm jista' jkun pjan ġenerali tal-materjal amministrattiv u miżuri finanzjarji meħtieġa għat-twettieq tal-mixtieqa soluzzjoni finali tal-kwistjoni Lhudija."
Twieldu f'dan il-jum...
- 1598 – Alessandro Algardi, skultur u arkitett Taljan (m. 1654)
- 1704 – Gabriel Cramer, matematiku Żvizzeru (m. 1752)
- 1919 – Primo Levi, awtur Taljan (m. 1987)
Mietu f'dan il-jum...
- 1726 - Nicolaus II Bernoulli, matematiku Żvizzeru (t. 1695)
- 1886 - Franz Liszt (stampa), kompożitur Ungeriż (t. 1811)
- 1944 - Antoine de Saint-Exupery, pilota u kittieb Franċiż (t. 1900)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Injazju ta' Loyola.