Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/25 ta' Mejju
25 ta' Mejju:
- 1521 – Għalqet id-Dieta ta' Worms meta Karlu V tal-Imperu Qaddis Ruman ħareġ l-Editt ta Worms li ddikjara lil Martin Luteru barra l-protezzjoni tal-liġi.
- 1895 – Id-drammaturgu, poeta u rumanzier Oscar Wilde ġie kkundannat għal sentejn ħabs minħabba "atti ta' indiċenza gravi ma' persuni maskili oħra".
- 1940 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Bdiet il-Battalja ta' Dunkirk.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1803 – Ralph Waldo Emerson, saġġista u filosfu Amerikan (m. 1882)
- 1818 – Jacob Burckhardt, storiku Żvizzeru (m. 1897)
- 1865 – Pieter Zeeman (stampa), fiżiku Olandiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1943)
Mietu f'dan il-jum...
- 735 – Beda l-Venerabbli, storiku Ingliż
- 1789 – Anders Dahl, botanista Żvediż (t. 1751)
- 1934 – Gustav Holst, kompożitur Ingliż (t. 1874)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Beda l-Venerabbli, ta' San Gregorju VII, ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi, ta' Sant'Urbanu I u ta' San Żanobi.