Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/21 ta' Novembru
21 ta' Novembru:
- 1877 – Thomas Edison ħabbar li kien ivvinta l-fonografu, magna li tista' tirreġistra l-ħoss u ddoqqu.
- 1905 – Fil-ġurnal "Annalen der Physik" ġie ippublikat l-artiklu ta' Albert Einstein L-inerzja ta' korp tiddependi mill-kontenut tal-enerġija tiegħu? Dan l-artiklu kixef ir-relazzjoni li hemm bejn l-enerġija u l-massa u wassal għall-formula tal-ekwivalenza massa-enerġija E = mc².
- 1964 – It-Tieni Konċilju tal-Vatikan: Għalqet it-tielet sessjoni tal-Konċilju Ekumeniku tal-Knisja Kattolika.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1694 – Voltaire (stampa), filosfu Franċiż (m. 1778)
- 1852 – Francisco Tárrega, missier il-kitarra klassika moderna (m. 1909)
- 1898 – René Magritte, pittur Belġjan (m. 1967)
Mietu f'dan il-jum...
- 1555 – Georg Agricola, xjenzjat Ġermaniż (t. 1490)
- 1695 – Henry Purcell, kompożitur Ingliż
- 1996 – Abdus Salam, fiżiku Pakistani, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1926)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija