Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/20 ta' Settembru
20 ta' Settembru:
- 1519 – Ferdinand Magellan flimkien ma' madwar 270 baħri siefer minn Sanlúcar Barrameda fuq spedizzjoni biex jiċċirkumnaviga d-dinja.
- 1633 – Galileo Galilei deher quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi mixli li għallem li d-Dinja iddur max-Xemx.
- 1946 – Ittela' l-ewwel Festival tal-films ta' Cannes.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1833 – Ernesto Teodoro Moneta, paċifista Taljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (m. 1918)
- 1842 – James Dewar, kimiku Skoċċiż (m. 1923)
- 1934 – Sophia Loren (stampa), attriċi Taljana
Mietu f'dan il-jum...
- 1908 – Pablo de Sarasate, vjolinista u kompożitur Spanjol (t. 1844)
- 1957 – Jean Sibelius, kompożitur Finlandiż (t. 1865)
- 1971 – Giorgos Seferis, poeta Grieg, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1900)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Andrija Taegon, San Pawl Ċang Ħasang, u sħabhom martri.