Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/20 ta' Lulju
20 ta' Lulju:
- 1944 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Adolf Hitler baqa' ħaj wara attentat fuq ħajtu (magħruf bħala l-Komplott tal-20 ta' Lulju) immexxi mill-Kurunell tal-Armata Ġermaniża Claus von Stauffenberg.
- 1954 – F'Ġinevra, l-Iżvizzera, ġie ffirmat armistizju li temm il-ġlied fil-Vjetnam u qasam il-pajjiż matul is-17-il parallela.
- 1980 – Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda vvota b'14 kontra xejn li l-istati membri m'għandhomx jirrikonoxxu lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ta' Iżrael.
Twieldu f'dan il-jum...
- 356 QK – Alessandru Manju, re Maċedonjan u konkwistatur tal-Persja (m. 323 QK)
- 1304 – Francesco Petrarca (stampa), poeta Taljan (m. 1374)
- 1822 – Gregor Mendel, xjenzjat Ġermaniż, missier il-ġenetika moderna (m. 1884)
Mietu f'dan il-jum...
- 1866 – Bernhard Riemann, matematiku Ġermaniż (t. 1826)
- 1922 – Andrey Markov, matematiku Russu (t. 1856)
- 1937 – Guglielmo Marconi, inventur Taljan, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1874)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Apollinare u ta' Santa Margerita ta' Antijokja.