Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/19 ta' Ġunju
19 ta' Ġunju:
- 1269 – Ir-Re Lwiġi IX ta' Franza ordna li l-Lhud kollha li jinsabu fil-pubbliku mingħajr il-baġġ isfar ikollhom iħallsu multa ta' għaxar liri tal-fidda.
- 1862 – Il-Kungress tal-Istati Uniti pprojbixxa l-iskjavitù fit-territorji tal-Istati Uniti.
- 1961 – Il-Kuwajt iddikjara l-indipendenza mir-Renju Unit.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1623 – Blaise Pascal (stampa), matematiku u filosfu Franċiż (m. 1662)
- 1764 – José Gervasio Artigas, missier l-Urugwaj (m. 1850)
- 1922 – Aage Bohr, fiżiku Daniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 2009)
Mietu f'dan il-jum...
- 1820 – Joseph Banks, naturalista u botanista Ingliż (t. 1743)
- 1844 – Étienne Geoffroy Saint-Hilaire, naturalista Franċiż (t. 1772)
- 1993 – William Golding, kittieb Ingliż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (t. 1911)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Qaddisin Ġervażju u Protażju, ta' Santa Ġuljana Falconieri u ta' San Romwaldu.