Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/18 ta' Ġunju
18 ta' Ġunju:
- 1815 – Gwerer Napoleoniċi: Il-Battalja ta' Waterloo wasslet għall-abdikazzjoni ta' Napuljun Bonaparte mit-tron ta' Franza għat-tieni u l-aħħar darba.
- 1830 – Il-Franċiżi invadew l-Alġerija.
- 1858 – Charles Darwin irċieva artiklu mingħand Alfred Russel Wallace li kien fih l-istess konklużjonijiet fuq l-evoluzzjoni bħal ta' Darwin. Dan ħajjar lil Darwin biex jippublika t-teorija tiegħu minnufih.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1511 – Bartolomeo Ammanati, arkitett u skultur Taljan (m. 1592)
- 1757 – Ignaz Pleyel, kompożitur u kostruttur tal-pjanijiet Awstrijakk (m. 1831)
- 1942 – Paul McCartney, kantant u mużiċista Brittaniku, wieħed mill-Beatles
Mietu f'dan il-jum...
- 1464 – Rogier van der Weyden, pittur Fjamming
- 1928 – Roald Amundsen, esploratur Norveġiż (t. 1872)
- 1936 – Maksim Gor'kij (stampa), kittieb Russu (t. 1868)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Kaloġeru.