Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/12 ta' Mejju
12 ta' Mejju:
- 1949 – L-Unjoni Sovjetika neħħiet l-Imblokk ta' Berlin.
- 2002 – L-eks-President tal-Istati Uniti tal-Amerika Jimmy Carter wasal Kuba fi żjara ta' ħamest ijiem u ltaqa' ma' Fidel Castro u hekk sar l-ewwel President Amerikan, barra mill-kariga jew fil-kariga, li żar il-gżira mir-rivoluzzjoni tal-1959.
- 2008 – Terremot ta' 7.8 fuq l-iskala Richter laqat il-provinċja ta' Sichuan fiċ-Ċina u ħalla 69,000 ruħ mejta, 374,000 midruba, u ftit inqas minn 4.8 miljun oħra mingħajr dar.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1820 – Florence Nightingale (stampa), infermiera Brittanika (m. 1910)
- 1895 – Jiddu Krishnamurti, filosfu Indjan (m. 1986)
- 1907 – Katharine Hepburn, attriċi Amerikana (m. 2003)
Mietu f'dan il-jum...
- 1012 – Il-Papa Serġju IV
- 1634 – George Chapman, kittieb Brittaniku (t. 1559)
- 2001 – Perry Como, kantant Amerikan (t. 1912)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Pankrazju u Sant'Efrem.