Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/12 ta' Lulju
12 ta' Lulju:
- 1191 – Il-gwariġjon ta' Saladin ċeda lil Konrad ta' Montferrat, u hekk temm l-assedju ta' Akko li kien ilu sejjer sentejn.
- 1562 – Fra Diego de Landa, aġent Isqof ta' Yucatan, ħaraq il-kotba mqaddsa tal-Maya.
- 1790 – Fi Franza għaddiet mill-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali l-Kostituzzjoni Ċivili tal-Kleru.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1824 – Eugène Boudin, pittur Franċiż (m. 1898)
- 1884 – Amedeo Modigliani (stampa), pittur u skultur Taljan (m. 1920)
- 1904 – Pablo Neruda, poeta Ċilen, rebbieħ tal-Premju Nobel fil-Letteratura (m. 1973)
Mietu f'dan il-jum...
- 1536 – Erażmu ta' Rotterdam, kittieb u filosofu Olandiż
- 1664 – Stefano della Bella, inċiżur Taljan (t. 1610)
- 1682 – Jean Picard, astronomu Franċiż (t. 1620)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Feliċ, ta' San Ġwann Gualberto u ta' Santa Veronika.