Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/11 ta' Ottubru
11 ta' Ottubru:
- 1899 – Bdiet it-Tieni Gwerra tal-Boeri: Fl-Afrika t'Isfel faqqgħet gwerra bejn ir-Renju Unit u l-Boeri tat-Transvaal u l-Istat Ħieles tal-Orange.
- 1962 – It-Tieni Kunsill tal-Vatikan: Il-Papa Ġwanni XXIII laqqa' l-ewwel konċilju ekumeniku tal-Knisja Kattolika f'92 sena.
- 1968 – Il-Programm Apollo: NASA varat Apollo 7 l-ewwel missjoni Apollo bin-nies li kienet suċċess; l-ekwipaġġ kien magħmul mill-astronawti Wally Schirra, Donn F. Eisele u Walter Cunningham.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1881 – Hans Kelsen, ġurista Awstrijak (m. 1973)
- 1884 – Friedrich Bergius, kimiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (m. 1949)
- 1885 – François Mauriac, awtur Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1970)
Mietu f'dan il-jum...
- 1531 – Huldrych Zwingli (stampa), teologu u mexxej Protestant Żvizzeru (t. 1484)
- 1889 – James Prescott Joule, fiżiku Ingliż (t. 1818)
- 1896 – Anton Bruckner, kompożitur Awstrijak (t. 1824)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Alessandru Sauli.