Mons. Charles Vella

monsinjur Malti

Il-Monsinjur Charles Vella (Il-Gżira, 27 ta' Ġunju 1928 - L-Imsida, 17 ta' Marzu 2018) kien il-fundatur tal-Moviment ta’ Kana, li beda fl-1954, fl-istess sena meta kien ordnat qassis f’Ruma.

Mons. Charles Vella
Ħajja
Twelid Gżira, 27 Ġunju 1928
Mewt Sptar Mater Dei, 17 Marzu 2018
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot

Edukazzjoni

immodifika

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwiġi, is-Seminarju, Venerable Bede English College u l-Università Pontifiċja Gregorjana ta' Ruma. Iktar tard studja l-Istudji Soċjali fil-Loyola University, Chicago u tħarreġ bħala counsellor u psikoterapista fil-Family Institute ta' Chicago.

Il-Moviment ta' Kana

immodifika

Vella kien beda jagħti l-ewwel korsijiet fl-1952. Fl-1956, il-Moviment ta’ Kana ingħata l-approvazzjoni uffiċjali mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi.

Minn dakinhar, eluf ta’ koppji Maltin ingħataw il-formazzjoni u taħriġ kemm spiritwali kif ukoll prattiku għall-ħajja miżżewġa. Il-Moviment ta’ Kana joffri wkoll servizz ta’ appoġġ u counselling lil koppji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.

Ħidma Internazzjonali għall-Familja

immodifika

Mons. Vella għamel ħajtu jissielet sabiex isib metodi ta’ kif jissaħħu l-familji u għal tul ta’ żmien kien involut fix-xena internazzjonali fil-ħidma soċjali mal-familji, speċjalment f’pajjiżi sottożviluppati bħall-Kenja, il-Filippini u l-Indja.

Mons. Vella kien għamel xi żmien ukoll iservi bħala d-Direttur taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji tal-Familja f’Milan.

Għal xi snin serva wkoll lokalment bħala konsulent għall-Ministeru għall-Familja.

Hu kien meqjus bħala awtorita’ internazzjonali fil-qasam tal-counselling u taħriġ bi preparazzjoni għaż-żwieġ. Kien konsulent għan-Nazzjonijiet Magħquda fuq l-anzjanità u l-familja.

Kurja u Xandir Reliġjuż

immodifika

Huwa kien uffiċjal tal-istampa tal-Kurja ta' Malta bejn l-1956 u l-1962, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, assistent Segretarju Ġenerali taċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji Pawlini (1958-1960), membru tal-Awtorità tax-Xandir (1961-1962) u organizzatur tax-xandir reliġjuż (1963-1974).

San Raffaele

immodifika

Fl-1986 Vella ngħaqad mal-Istituto Scientifico San Raffaele ta' Milan bħala assistent tal-president għar-relazzjonijiet soċjali. Kien lettur fil-bijoetika u membri ta' diversi kumitati tal-bijoetika.

Fr Charles Vella kien ukoll awtur ta’ diversi kotba fosthom ” Il Consultorio e il Consulente Familiare” li kien stampat għall-ewwel darba fl-1973 u aġġornat diversi drabi.