Kolokolo

(Rindirizzat minn Monito del monte)

Il-kolokolo (Dromiciops gliroides) jew kif isibuħ ukoll monito del monte li jfisser "xadina żgħira tal-muntanji", huwa mammiferu marsupjali karnivoru ta' l-Amerika t'isfel. Jinstab biss fuq il-muntanji bejn iċ-Ċili u l-Arġentina u jippreferi foresti umdi, partikolarment fejn jikber il-bambu jew qasab ċilen u huwa pjuttost komuni fl-arja ristretta li jgħix fiha.

Kolokolo jew

Monito del monte
Firxa tal-fossili: Kmieni fil-Paleocene - Reċenti

Kolokolo jew Monito del monte Dromiciops gliroides
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Australidelphia
Ordni: Microbiotheria
Ameghino, 1889
Familja: Microbiotheriidae
Ameghino, 1887
Ġeneru: Dromiciops
Thomas, 1894
Speċi: D.gliroides
Isem binominali
Dromiciops gliroides
Thomas, 1894

Il-kolokolo huwa marsupjal notturn u għandu abblità kbira biex jitla' mas-siġar fejn jgħinu ħafna denbu, imma jsibu komdu tant ieħor fuq l-art. Huwa għandu kapaċità li jakkumula riserva kbira ta' xaħam f'denbu, u fi żmien ġimgħa kapaċi jirdoppja l-piż ta' ġismu. Din ir-riserva tintuża matul il-ġranet kesħin tax-xitwa meta il-kolokolo jkun qiegħed fi stat ta' ibernazzjoni.

Firxa tal-kolokolo Dromiciops gliroides

Deskrizzjoni

immodifika

Il-kolokolo huwa ftit akbar minn ġurdien, twil bejn 8 u 13-il cm, b'denb pjuttost oħxon fil-bidu, moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l-istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma. Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar 'l hemm u 'l hawn, b'wiċċu u żaqqu fil-bajdani. Il-kolokolo għandu par għajnejn kbar ftit imqabbżin 'il barra b'żewġt iċrieki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi.

Il-parti l-kbira tad-dieta tal-kolokolo hija waħda karnivora, magħmulha minn insetti u annimali vertebrati żgħar, għalkemm ammont żgħir ta' frott jittiekel ukoll.

Riproduzzjoni

immodifika

It-tgħammir isir matul ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf. Wara biss ftit ġranet jitwieldu minn 1 sa 5 frieħ taħt forma ta' embrjuni żgħar ħafna, li jiġu miżmuma ġewwa marsupju żviluppat sew li jiflaħ massimu ta' 4. Dawn ikomplu jiżviluppaw fil-marsupju ta' l-omm u joħorġu biss wara ftit ġimgħat, meta jkunu kapaċi jżommu it-temperatura ta' ġisimhom stabli. Wara jkomplu jikbru ġo bejta fis-siġar li tkun lestiet l-omm minn qabel. Ftit ġranet biss wara il-frieħ jibdew iduru ma' l-omm imqabdin ma' daharha, dan sakemm jkunu kapaċi jżommu waħedhom fis-siġar. Il-kolokolo jilħqu l-maturità sesswali tagħhom fit-tieni sena ta' ħajja.

Klassifikazzjoni

immodifika

Il-kolokolo jew monito del monte huwa l-uniku membru tal-familja Microbiotheriidae u l-unika speċi ħajja mill-ordni antik Microbiotheria, li ilu miż-żminijiet ta' l-Oligoċen u l-Mioċen ta' l-Amerika t'isfel. Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-ordni Didelphimorphia, ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għall-konklużjoni li dan il-mammiferu marsupjali ċkejken ta' l-Amerika t'isfel huwa relatat l-aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent Awstraljan. Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-kolokolo, jew baqgħu fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak Awstraljan matul iż-żmien li t-3 kontinenti kienu magħqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' Gondwana jew kienu parti mil-fawna marsupjali Awstraljana li reġgħu invadew lura il-kontinent ta' l-Amerika t'isfel.

Sinonimi

immodifika

L-isem Dromiciops australis huwa sinonimu ta' Dromiciops gliroides

Referenzi

immodifika
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 21. ISBN 0-801-88221-4.

Ħoloq esterni

immodifika