Mohamed Soliman Homos (bl-Għarbi: محمد حمص‎; 1 ta' Jannar 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Eġizzjan, li qatta' l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu ma'Ismaily. Hu rebaħ, flimkien mat-tim nazzjonali Eġizzjan, l-edizzjoni tal-2008 tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana, minkejja li qatt ma niżel fil-grawnd matul il-kompetizzjoni. Fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009, hu skorja permezz ta' daqqa ta' ras il-gowl tar-rebħa kontra l-Italja, fir-rebħa Eġizzjana bl-iskor ta' 1–0, fejn wara l-partita ngħata l-unur tal-Plejer tal-Partita wara l-prestazzjonijiet tajbin tiegħu qalb in-nofs il-grawnd tal-Eġittu.[1]

Mohamed Soliman
Informazzjoni personali
Isem sħiħMohamed Soliman Homos
Twelid1 ta' Jannar 1979 (1979-01-01) (45 sena)
IsmailiaEġittu
Tul1.83 m
RwolMidfilder
Karriera professjonali
SninKlabb
1997–2014Ismaily
2014–2015Wadi Degla
Tim nazzjonali
2000–2010Eġittu

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Egypt 1-0 Italy" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-18. Miġbur 2009-06-18.

Ħoloq esterni

immodifika