Mohamed Soliman
(Rindirizzat minn Mohamed Homos)
Mohamed Soliman Homos (bl-Għarbi: محمد حمص; 1 ta' Jannar 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Eġizzjan, li qatta' l-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu ma'Ismaily. Hu rebaħ, flimkien mat-tim nazzjonali Eġizzjan, l-edizzjoni tal-2008 tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana, minkejja li qatt ma niżel fil-grawnd matul il-kompetizzjoni. Fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009, hu skorja permezz ta' daqqa ta' ras il-gowl tar-rebħa kontra l-Italja, fir-rebħa Eġizzjana bl-iskor ta' 1–0, fejn wara l-partita ngħata l-unur tal-Plejer tal-Partita wara l-prestazzjonijiet tajbin tiegħu qalb in-nofs il-grawnd tal-Eġittu.[1]
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Mohamed Soliman Homos | ||
Twelid | 1 ta' Jannar 1979 Ismailia, Eġittu | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1997–2014 | Ismaily | ||
2014–2015 | Wadi Degla | ||
Tim nazzjonali | |||
2000–2010 | Eġittu |
Referenzi
immodifika- ^ "Egypt 1-0 Italy" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-18. Miġbur 2009-06-18.
Ħoloq esterni
immodifika- Mohamed Soliman fuq National-Football-Teams.com