Medina ta' Sousse

il-kwartier antik u ċentrali ta' Sousse, it-Tuneżija

Il-Medina ta' Sousse hija l-kwartier tal-medina f'Sousse, il-Governorat ta' Sousse, it-Tuneżija. Tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 u hija eżempju tipiku tal-arkitettura tal-ewwel sekli tal-Iżlam fil-Magreb.[1] Tinkludi l-Kasbah, fortifikazzjonijiet u l-Moskea l-Kbira ta' Sousse. Illum il-ġurnata l-Medina tospita l-Mużew Arkeoloġiku ta' Sousse. Għadd ta' steli Puniċi ġew skoperti fil-Medina, bejn ir-Ribat u l-Moskea l-Kbira, fis-sekli 19 u 20.

Ħarsa lejn il-medina minn ġewwa.

Il-Medina ta' Sousse tinsab fis-Saħel Tuneżin u hija sit arkeoloġiku straordinarju. Dan primarjament minħabba l-perjodu meta nbniet fil-bidu taċ-ċivilizzazzjoni Iżlamika, u b'hekk hija waħda mill-iżjed kostruzzjonijiet bikrin wara l-konkwisti Iżlamiċi fil-Magreb, u bis-saħħa tal-pożizzjoni tal-Medina, peress li kienet tirrikjedi protezzjoni mis-serq u mill-piraterija.[1]

Il-kostruzzjonijiet fi ħdan il-kwartieri tal-Medina kien fihom iċ-ċivilizzazzjonijiet bikrin ta' wara l-konkwisti. L-istil arkitettoniku tagħha, minn żmien l-Aglabidi, huwa rappreżentattiv tal-kostruzzjonijiet kostali militari ta' dak iż-żmien, li kienu maħsuba biex ikunu sodi u imponenti, sabiex inaffru lill-għedewwa potenzjali.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Medina ta' Sousse ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Tibdil fil-klima

immodifika

Minħabba l-pożizzjoni kostali tagħha, il-Medina ta' Sousse hijaa vulnerabbli għaż-żieda fil-livell tal-baħar. Fl-2022, is-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC inkludiha fil-lista tas-siti kulturali Afrikani li se jkunu mhedda mill-għargħar u mill-erożjoni kostali sa tmiem is-seklu, iżda biss jekk it-tibdil fil-klima jibqa' fil-livell ta' RCP 8.5, li huwa x-xenarju ta' livell għoli u dejjem jiżdied ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mat-tisħin globali ta' iktar minn 4 °C, u dan ix-xenarju ma għadux jitqies bħala probabbli ħafna.[2] Ix-xenarji l-oħra, iktar plawżibbli jirriżultaw f'livelli iktar baxxi ta' tisħin u konsegwentement livell iktar baxx tal-livell tal-baħar: minkejja dan, il-livell tal-baħar mistennijin jgħolew għal madwar 10,000 sena skonthom.[3][4] Anke jekk it-tisħin jiġi limitat għal 1.5 °C, iż-żieda fil-livell globali tal-baħar xorta waħda mistenni li jaqbeż 2-3 metri (7-10 piedi) wara 2,000 sena (u mbagħad il-livelli ogħla ta' tisħin iwasslu għal żidiet ikbar), li konsegwentement taqbeż il-livell taż-żieda fil-livell tal-baħar tal-2100 b'RCP 8.5 (~0.75 metru (2 piedi) b'medda ta' 0.5-1 metru (2-3 piedi)) ferm qabel is-sena 4000.[5] Għalhekk, hija kwistjoni ta' żmien qabel mal-Medina ta' Sousse tiġi mhedda miż-żieda fil-livell tal-baħar, sakemm ma tiġix protetta minn sforzi ta' adattament bħal ħitan fil-baħar.[6]

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Sousse". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-05.
  2. ^ Trisos, C.H., I.O. Adelekan, E. Totin, A. Ayanlade, J. Efitre, A. Gemeda, K. Kalaba, C. Lennard, C. Masao, Y. Mgaya, G. Ngaruiya, D. Olago, N.P. Simpson, and S. Zakieldeen 2022: Chapter 9: Africa. In Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability [H.-O. Pörtner, D.C. Roberts, M. Tignor, E.S. Poloczanska, K. Mintenbeck, A. Alegría, M. Craig, S. Langsdorf, S. Löschke,V. Möller, A. Okem, B. Rama (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, l-Istati Uniti, pp. 2043-2121.
  3. ^ Hausfather, Zeke; Peters, Glen (2020). "Emissions – the 'business as usual' story is misleading". Nature. 577 (7792): 618–20.
  4. ^ Hausfather, Zeke; Peters, Glen (2020). "RCP8.5 is a problematic scenario for near-term emissions". PNAS. 117 (45): 27791–27792.
  5. ^ Technical Summary. In: Climate Change 2021: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change (PDF). IPCC. Awwissu 2021. p. TS14.
  6. ^ IPCC, 2021: Summary for Policymakers. In: Climate Change 2021: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, A. Pirani, S.L. Connors, C. Péan, S. Berger, N. Caud, Y. Chen, L. Goldfarb, M.I. Gomis, M. Huang, K. Leitzell, E. Lonnoy, J.B.R. Matthews, T.K. Maycock, T. Waterfield, O. Yelekçi, R. Yu, and B. Zhou (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, ir-Renju Unit u New York, l-Istati Uniti, pp. 3-32.