Mary Haber
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Mary Haber (L-Isla, 24 ta' Frar 1933) hija kittieba Maltija.
Bint Peter Endrich u Ġovanna mwielda Mizzi, hija studjat fl-iskejjel tas-sorijiet Franġiskani u tal-gvern tal-Isla, fl-iskejjel ta' San Ġiljan u tas-Sacred Heart. Għal xi żmien kienet soċja tal-Mużew. Fis-16 ta' Lulju 1959, Mary żżewget lil Anton Haber mix-Xewkija u kellhom tliet ulied.
Letteratura reliġjuża
immodifikaHaber hija esponenta ewlenija tal-letteratura reliġjuża Maltija, fejn jispikka ħafna l-element Marjan fil-kitbiet tagħha.
Haber bdiet tikteb sa minn età ċkejkna, ta' tmien snin. Bdiet tikteb novelli, saġġi, poeżiji u kitbiet oħra. Fost il-kotba tagħha jinkludu:
- Tbissim u Dmugħ (ġabra ta' Novelli)
- Meta jimrah il-Ħsieb (ġabra ta' novelli u poeżiji)
- Il-Papà, il-Lhud u n-Nazi (traduzzjoni mill-Ingliż)
- va Lavalliere (traduzzjoni mill-Ingliż)
- Il-Hajja tas-Serva ta' Alla Josephina Vilaseca (Martri tas-Safa)
- L-Omm ta' Ġesù
- Il-Maħbub Ġesù
- Il-Kbir glorjuż Patrijarka San Ġużepp, ir-Raġel tal-Madonna (l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni)
- Edith Stein (Soru Karmelitana Tereżjana (Vittma tan-Nażi)
- Mill-Ħsus ta' Qalbi (Poeżiji)
- Mara Qalbiena Awstraljana (Mary McKillop)
- Santa Ġemma Galgani
- Il-Warda tal-Passjoni (l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni)
- Fl-Armata Tagħna (Ħsibijiet fuq il-Madonna)
- Emilio Persiano (Soċju Museumin: Ħjiel fuq Ħajtu u Ġrajjietu)
- Flimkien ma' Kristu (Innijiet u Talb)
- Ilkoll Flimkien (ġabra ta' talb ta' kuljum)
- Il-Feddej (Rumanz bibbliku-storiku u oriġinali)
- Fuq Ġwienaħ il-Ħolm (ġabra ta' Novelli)
- Is-Sliem Għalik (ġabra ta' riflessjonijiet fuq il-ħmistax-il posta tar-Rużarju Mqaddes)
- Daħliet u Waqfiet (riflessjonijiet fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesù Kristu)
- Nimxu Wara Ġesù (ħsibijiet għal waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa)
- Il-Ġilju fil-Ħama tal-Ferriere, Santa Marija Goretti: Tifla Verġni u Martri 1890-1902
- Il-Lok tal-Mara fil-Pjan tas-Salvazzjoni (Protagonista: il-Madonna)
- Il-Liżar ta' Turin (traduzzjoni mit-Taljan).