Marmosops

(Rindirizzat minn Marmosops sp.)

Marmosops huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali, eżattament l-opossumi tal-kontinent Amerikan.

Marmosops
Marmosops incanus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Didelphimorphia
Familja: Didelphidae
Ġeneru: Marmosops
Matschie, 1916
Tip ta' speċi
Didelphis incana
Lund, 1840

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea, fil-familja Didelphidae, fis-sottofamilja Didelphinae u fit-tribù Thylamyini, mal-ġeneri Cryptonanus, Gracilinanus, Lestodelphys, Chacodelphys, Thylamys u Thylatheridium.

Il-ġeneru Marmosops jiġbor fih bosta speċi ħajjin, imqassmin mas-sottoġeneri Incanus, Invictus, Noctivagus u Parvidens.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Marmosops

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Id-Databażi Palebijoloġika