Opossum irqiq griż

(Rindirizzat minn Marmosops incanus)

L-opossum irqiq griż jew l-opossum ġurdien irqiq griż, magħruf xjentifikament bħala Marmosops incanus, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum irqiq griż
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMarmosops
speċi Marmosops incanus
Lund, 1841
Distribuzzjoni ġeografika

Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturna (annimal li jkunu fil-quċċata ta' l-attivita tiegħu matul il-lejl) huwa marsupjal arborju jew iħobb jgħix fis-siġar (Nowak, 1999) u ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali lejn il-kosta tal-Oċean Atlantiku, mill-livell tal-baħar sa elevazzjonijiet moderati baxxi.

L-opossum irqiq griż huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar ukoll.

Distribuzzjoni

immodifika

L-opossum irqiq Marmosops incanus għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab f'arja vasta fix-Xlokk tal-Brażil u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.

Referenzi

immodifika
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Id-Databażi Palebijoloġika
  • Infonatura sit b'informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel fosthom il-marsupjali

Ħoloq esterni

immodifika