Opossum ġurdien sufi ta' Alston
L-Opossum ġurdien sufi ta' Alston magħruf xjentifikament bħala Micoureus alstoni, huwa wieħed minn 6 speċijiet ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux mill-Amerika ċentrali, sat-Tramuntana fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum ġurdien sufi ta' Alston | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Micoureus (Lesson,1842) |
Isem binominali | |
Micoureus alstoni (J.A.Allen,1900) | |
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' Alston Micoureus alstoni |
Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' dawk subtropikali u tropikali xotti.
L-Opossum ġurdien sufi ta' Alston, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna).
Dieta
immodifikaMicoureus alstoni huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott u varjeta ta' insetti, għalkemm annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ukoll.
Distribuzzjoni
immodifikaL-opossum ġurdien sufi ta' Alston għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Beliże, Gwatemala, Ħonduras, Kolombja, Kosta Rika, Nikaragwa u Panama.
Klassifikazzjoni
immodifikaReferenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
Ħoloq Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus alstoni In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Infonatura, sit b' informazjoni dwar il-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel inkluż il-marsupjal Micoureus alstoni.