Lamantin

(Rindirizzat minn Manati)

Il-lamantini huma mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, magħrufa wkoll bħala l-baqar tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara.

Lamantin
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniSirenia
FamiljaTrichechidae
ġeneru Trichechus
Linnaeus, 1758
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Sors manatee skin (en) Translate

Il-familja tal-lamantini (Trichechidae) hija differenti mill-familja tad-dugongi (Dugongidae), fil-morfoloġija tar-ras u l-forma tad-denb. Id-dugongi għandhom denbhom f'forma ta' furkun maqsum f'żewġ partijiet, simili ħafna għal dak tal-baleni u d-dniefel waqt li tal-lamantini għandu l-forma tonda ta' moqdief jew pala. Dawn huma mammiferi erbivori kbar li jiżnu bejn 350kg u 1000kg, li jqattgħu nofs il-ġurnata reqdin fl-ilma u jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu n-nifs kull ftit inqas minn 20 minuta u l-biċċa l-kbira tal-bqija tal-ħin jirgħu fl-ilma baxx.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa mifrux mal-kosta u x-xmajjar fil-golf tal-Messiku. Il-Lamantin Amazoniku (Trichechus inunguis), kif jgħid ismu, hu mifrux fix-xmajjar tal-Amazonja u l-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) jinsab mifrux mal-kosta u x-xmajjar tal-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika.

Il-lamantini huma mammiferi li jieklu 'l fuq minn 60 speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 8% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum. It-Trichechus manatus huwa magħruf ukoll li ġieli kiel xi ħut mix-xbieki tas-sajd.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika