Lamantin tal-Karibew
Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa wieħed minn tliet speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus. Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-tlieta li jeżistu.
Lamantin tal-Karibew | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Vulnerabbli (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Sirenia |
Familja | Trichechidae |
Ġeneru | Trichechus |
speċi | Trichechus manatus Linnaeus, 1758
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Tqala | 13 xahar |
Il-Lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-tliet speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg. Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-Lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-Lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan.
Hemm żewġ sottospeċi ta' dan il-Lamantin: dik ta' Florida T.manatus latirostris u dik tal-Antilli T.manatus manatus u minn barra jidhru totalment identiċi.
Dieta
immodifikaIl-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.
Distribuzzjoni
immodifikaIt-Trichechus manatus huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħall-Baħamas, il-Beliże, il-Brażil, il-Ġamajka, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Gwatemala, il-Ħaiti, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Messiku, il-Nikaragwa, il-Panama, l-Istati Uniti, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Veneżwela.
Riproduzzjoni
immodifikaGħoġol wieħed (rarament tnejn) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xahar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min-naħa tal-omm. Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelid ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snin, rata ta' riproduzzjoni baxxa. Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-età żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin. Il-Lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Sirenia
- Familja Trichechidae
- Ġeneru Trichechus
- Speċi
- Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus
- Sottospeċi
- Lamantin ta' Florida, Trichechus manatus latirostris
- Lamantin tal-Antilli, Trichechus manatus manatus
- Ġeneru Trichechus
- Familja Trichechidae
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni
immodifika- Il-Lamantin tal-Karibew fuq sirenian.org
- Trichechus manatus fuq is-sit tal-Animal Diversity