Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Iżlanda

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iżlanda

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] L-Iżlanda aċċettat il-Konvenzjoni fid-19 ta' Diċembru 1995, u b'hekk is-siti naturali u kulturali tagħha saru eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

Il-formazzjonijiet tas-silġ tal-icebergs fil-lagi glaċjali tal-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull.

Mill-2020, l-Iżlanda għandha tliet siti mniżżlin fil-lista. L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir, li tniżżel fl-2004.[3] Iktar 'il quddiem żdiedu żewġ siti oħra, Surtsey fl-2008[4] u l-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull fl-2019.[5] Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir huwa sit kulturali filwaqt li ż-żewġ siti l-oħra huma siti naturali.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir   Bláskógabyggð 2004 iii, vi (kulturali) Þingvellir jinsab f'żona vulkanika attiva f'wied tettoniku ewlieni. Mill-ħabta tad-930 W.K. sal-1798, Þingvellir serva bħala l-post fejn kien jitlaqqa' l-Althing, assemblea fil-beraħ li tirrappreżenta l-Iżlanda kollha, fejn in-nies kienu jinġabru għal ġimagħtejn kull sena biex jistabbilixxu l-liġijiet u jsolvu t-tilwim jew id-diżgwidi. L-Althing huwa l-eqdem parlament eżistenti fid-dinja. Frammenti ta' madwar 50 abitazzjoni temporanja mibnija bit-turf u bil-ġebel huma viżibbli, għalkemm il-fdalijiet mis-seklu 10 huma mirduma taħt l-art.[3]
Surtsey   Vestmannaeyjar 2008 ix (naturali) Surtsey hija gżira vulkanika li ffurmat f'sensiela ta' żbroffi mill-1963 sal-1967, madwar 32 kilometru (20 mil) lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar tal-Iżlanda. Mill-1964, intużat bħala sit għall-istudju tal-kolonizzazzjoni mill-popolazzjonijiet fundaturi li waslu minn barra. Peress li ftit xjenzati biss jitħallew jitilgħu l-art, prattikament ma ġietx disturbata mill-formazzjoni tagħha 'l hawn.[4]
Il-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull – Natura Dinamika tan-Nar u tas-Silġ   Ix-Xlokk tal-Iżlanda 2019 viii (naturali) Il-glaċier ta' Vatnajökull huwa t-tieni l-ikbar glaċier fl-Ewropa[6] u jkopri diversi vulkani, inkluż tnejn mill-iżjed attivi fuq il-gżira. L-interazzjonijiet bejn il-vulkani u l-glaċier wasslu għal diversi fenomeni, inkluż il-jökulhlaup spettakolari – għargħar f'daqqa kkawżat mit-tfixkil tal-marġni ta' glaċier matul żbroffar sottoglaċjali f'daqqa.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-09-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Iceland - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-07. Miġbur 2022-09-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Þingvellir National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
  4. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Surtsey". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
  5. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Vatnajökull National Park - Dynamic Nature of Fire and Ice". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
  6. ^ "Hver er stærsti jökull í Evrópu? Samnemandi minn og faðir hans, sem er sagnfræðingur og fróður mjög, halda því fram að það sé jökull í Rússlandi". Vísindavefurinn (bl-Iżlandiż). Miġbur 2022-09-23.