Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Bangladesh
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Bangladesh irratifika l-Konvenzjoni fit-3 ta' Awwissu 1983, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Bangladesh għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tnejn kulturali u wieħed naturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Bangladesh żdiedu fl-1985: il-Belt tal-Moskea Storika ta' Bagerhat u l-Fdalijiet tal-Vihara Buddista f'Paharpur. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Bangladesh huwa s-Sundarbans, fl-1997.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Belt tal-Moskea Storika ta' Bagerhat | Khulna | kulturali: (iv) | — | 1985 | Il-belt ta' Bagerhat ġiet stabbilita fis-seklu 15 mill-Khan Jahan Ali bl-isem ta' Khalifatabad. Fiha iktar minn 300 moskea, binjiet pubbliċi, mawżolej, pontijiet u ġibjuni, u l-biċċa l-kbira minnhom huma mibnija bil-brikks (terrakotta). Il-belt tirrappreżenta wħud mill-iżjed eżempji sinifikanti tal-arkitettura Musulmana bikrija fil-Bengal, inkluż il-Qabar tal-Khan Jahan u l-Moskea tas-Sittin Koppla (fl-istampa). L-istil arkitettoniku huwa uniku għal dan is-sit. Wara l-mewt tal-fundatur, il-belt inħakmet u tgħattiet bil-veġetazzjoni tal-ġungla.[5] | |
Fdalijiet tal-Vihara Buddista f'Paharpur | Rajshahi | kulturali: (i), (ii), (vi) | — | 1985 | Somapura Mahavihara, vihāra jew monasteru Buddist, imur lura għas-seklu 8. Kien ċentru importanti tal-Buddiżmu Mahayana fir-reġjun sal-seklu 12, u huwa t-tieni l-ikbar monasteru Buddist fin-Nofsinhar tal-Himalayas. Ġie mżejjen b'tinqix u bi skulturi tal-ġebel u tat-terrakotta. Influwenza l-kostruzzjoni tat-tempji fil-Myanmar, f'Ġava u fil-Kambodja.[6] | |
Sundarbans | Khulna | naturali: (ix), (x) | — | 1997 | Il-park nazzjonali jkopri l-parti tas-Sundarbans fil-Bangladesh, id-delta tax-xmajjar Ganges u Brahmaputra. Tinkludi l-ikbar foresta tal-mangrovji fid-dinja u l-iżjed waħda rikka b'madwar 78 speċi ta' mangrovji. Tħaddan fiha bijodiversità kbira, b'popolazzjoni kbira ta' tigri tal-Bengal, u hija wkoll ħabitat importanti għad-denfil tax-xmajjar tal-Irrawaddy u tal-Ganges, għal diversi speċijiet ta' għasafar u għall-fkieren tal-baħar. Il-park fih tliet santwarji/komponenti. Fl-Indja, il-Park Nazzjonali tas-Sundarbans huwa mniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO separat.[7][8] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bangladesh - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Mosque City of Bagerhat". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of the Buddhist Vihara at Paharpur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Sundarbans". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sundarbans National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-10.