Lisandro López (Buenos Aires, 2 ta' Marzu 1983), magħruf sempliċement bħala Lisandro, huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant għal Racing Club.

Lisandro López
Informazzjoni personali
Twelid2 ta' Marzu 1983 (1983-03-02) (41 sena)
Buenos AiresArġentina
Tul1.74 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRacing Club
Numru15
Mixtliet
2001–2003Racing Club
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2005Racing Club
2005–2009Porto
2009–2013Lyon
2013–2015Al-Gharafa
2015Internacional
2016–2021Racing Club
2021Atlanta United
2021–Racing Club
Tim nazzjonali
2005–2009Arġentina

Karriera

immodifika

Racing Club

immodifika

Lisandro beda l-karriera tiegħu ma' Racing Club de Avellaneda, fl-ewwel diviżjoni Arġentina. Matul l-edizzjoni tal-2004 tal-Apertura hu kien l-aqwa skorer tal-kampjonat.

Eventwalment, López ittrasferixxa għal ma' Porto għas-somma ta' 2.5 miljun. Wara l-ewwel staġun fejn minn 26 dehra fil-kampjonat irritorna biss 7 gowls, hu sar pedina importanti għall-klabb Portugiż, fejn skorja diversi gowls importanti, fosthom l-ewwel gowl tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Rangers u żewġ gowls fil-partita ġewwa darhom kontra Hamburg fl-istaġun segwenti tal-kompetizzjoni.

Fl-2007–08, Porto ġew inkurunati ċampjins nazzjonali għat-tielet sena konsekuttiva, b'López ikun l-aqwa skorer tal-kampjonat b'24 minn 27 logħba. Il-vena tal-gowls ma wafqitx biss fil-konfini Portugiżi, iżda wkoll fl-Ewropa meta fil-kampanja tal-UEFA Champions League 2008–09, spiċċa wara Lionel Messi, Steven Gerrard u Miroslav Klose fil-lista tal-aqwa skorers b'sitt gowls.[1]

Nhar is-7 ta' Lulju, López ingħaqad għal somma ta' €24 miljun ewro mal-klabb Franċiż ta' Lyon.[2] Fit-8 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-ewwel dehra tiegħu mal-klabb, meta skorja free-kick fid-90 minuta f'konfront barra minn darhom kontra Le Mans biex kiseb skor finali ta' 2–2. Lopéz skorja wkoll penalty fl-ewwel leg tar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League kontra Anderlecht, waqt li fil-partita ta' ritorn skorja tripletta fl-ewwel taqsima.[3]

Internazzjonali

immodifika

Fl-2005, Lisandro ġie msejjaħ mill-kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin José Pekerman fejn iddebutta fil-partita kontra l-Messiku tal-10 ta' Marzu 2005, li ntemmet 1–1. Wara li bil-mod il-mod beda jħalli l-marka tiegħu mat-tim ta' Porto, Alfio Basile sejjaħlu għal-logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Eġittu, il-Messiku, l-Istati Uniti u l-Belarus. Fit-12 ta' Awwissu 2009, Lisandro skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Albicelestes fir-rebħa ta' 3–2 fuq ir-Russja.

Statistika

immodifika
Sal-21 ta' Settembru 2012
Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Racing Club 2002–03 3 0 1 1
2003–04 30 8 30 9
2004–05 37 18 36 21
Total 70 26 68 31
FC Porto 2005–06 26 7 1 0 2 1 29 11
2006–07 25 8 0 0 8 3 33 14
2007–08 27 24 4 0 0 0 8 3 39 28
2008–09 28 10 4 1 0 0 10 6 42 19
Total 106 49 9 1 0 0 28 13 143 71
Lyon 2009–10 33 15 2 0 2 2 12 7 49 24
2010–11 27 17 2 0 1 0 5 2 35 19
2011–12 28 16 6 7 3 1 6 1 43 26
2012–13 4 2 0 0 0 0 1 1 5 3
Total 92 50 10 7 6 3 24 11 132 71
Total tal-karriera 268 125 19 8 6 3 52 24 345 160
Porto
Lyon

Individwali

immodifika
  • Plejer Portugiż tas-Sena: 2007–08
  • Plejer tas-Sena tal-Ligue 1: 2009–10

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Top Scorers List" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2009-08-12.
  2. ^ "Acordo com o Lyon para a transferência de Lisandro" (bil-Portugiż). FC Porto. 2009-07-07. Miġbur 2009-07-07.
  3. ^ "Lisandro fills Benzema void" (bl-Ingliż). ESPN. 2009-08-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-28. Miġbur 2009-08-26.

Ħoloq esterni

immodifika