Lino Grech
Lino Grech (Tas-Sliema 1930 - Mater Dei 1 ta' Diċembru 2013) kien kittieb ta' drammi popolari u attur u direttur tal-palk u t-televixin.
Lino Grech | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tas-Sliema, 1930 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | L-Imsida, 1 Diċembru 2013 |
Kawża tal-mewt | (prostate cancer (en) ) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
direttur tal-films attur televiżiv |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
F'Baħar Wieħed
immodifikaGrech hu magħruf l-aktar għad-dramm popolari “F’Baħar Wieħed” li hu stess kiteb fl-1975 u kienet l-ewwel serje televiżiva bil-Malti mxandra fuq l-istazzjon nazzjonali. F’din is-serje huwa interpreta l-parti ta’ Pinu l-Pastizzar, ir-raġel ta’ Ġoma, parti interpretata mill-attriċi daqstant ieħor magħrufa Ġemma Portelli. Oriġinarjament, id-dramm F'Baħar Wieħed kien inkiteb għal fuq ir-Rediffusion u meta kien ixxandar fuq it-televiżjoni kien ħalla lil kulħadd imwaħħal mal-iscreen bis-sitwazzjonijiet realistiċi li kienu ddominaw dak iż-żmien.
Teleserials
immodifikaFid-disgħinijiet hu kien kiteb episodji mis-sensiliet televiżivi magħrufin “Ipokriti”, “Simpatiċi”, "Il-Familja Grech" u "Issa Naraw".
Teatru
immodifikaGrech kien strumentali ħafna fit-tisħiħ tax-xogħlijiet teatrali u televiżivi f'Malta. Bħala attur, hu nterpreta partijiet prinċipali fit-teatru b'xogħlijiet, fost oħrajn, ta' Chekov, Lope de Vega u Arthur Miller.
Lino Grech idderieġa diversi drammi fit-Teatru De Porres, fl-Istitut Kattoliku u f'Politeatru. Ma naqsux numru ta' pubblikazzjonijiet mill-pinna tiegħu, fosthom, l-ewwel parti ta' F'Baħar Wieħed, Il-Ġuri Tagħkom u d-dramm L-Aħħar Logħba.
Ħaddiem tal-Posta
immodifikaLino Grech kien jaħdem fil-fergħa tal-posta f’Tas-Sliema. F'kumment ma' ġurnal elettroniku, il-Professur Godfrey Pirotta jirrakkonta kif Lino Grech kien wieħed mill-imħuħ wara l-ewwel u l-itwal strajk tal-ħaddiema tal-posta. Dan hekk kif Lino Grech kien jimmilita favur id-drittijiet tal-ħaddiema.
“Kien marbut mal-ħolma tiegħu li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-kollegi tiegħu u bħala membru tas-sezzjoni tal-posta tal-GWU ħadem kemm felaħ biex jilħaq dan il-għan,” kiteb Pirotta. Fakkar kif fis-snin 60 Grech kien għen biex ikun organizzat l-ewwel u l-itwal strajk tal-ħaddiema tal-posta li wassal biex numru ta’ ħaddiema kisbu kundizzjonijiet aħjar. “Kienu mwissija li jekk jistrajkjaw, dawk li jorganizzaw l-istrajk setgħu jispiċċaw il-ħabs u jitilfu d-dritt tal-pensjoni,” qal il-Profs Pirotta.
Pirotta kompla jispjega kif dak l-istrajk kien kruċjali biex sezzjonijiet oħra tal-ħaddiema tal-gvern bdew jiksbu d-drittijiet tagħhom. Anke għax sa dakinhar id-dritt li ħaddiema jistrajkja kien għadu ma nħoloqx. “Mela Lino ma kienx biss kittieb, attur u direttur kbir, iżda pijunier tad-drittijiet trejdunjonistiċi f’Malta,” qal il-Professur Pirotta.
Mewt
immodifikaMal-aħbar tal-mewt tiegħu kienu bosta n-nies, speċjalment dawk midħla tat-teatru u t-televiżjoni, li esprimew is-sogħba tagħha għat-telfa tiegħu.I s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali Josè Herrera rrimarka li “id-drama f’pajjiżna tilfet pilastru” u qal li Grech kien persuna li wiċċu se jibqa’ sinonimu ma’ ħafna proġetti teatrali u awdjo-viżivi.
Il-Quddiesa tal-Funeral tiegħu saret nhar l-4 ta' Diċembru fil-Knisja tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.