Lingwa Taljana
It-Taljan ( italiano (għajnuna·info), jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.
Lingwa Taljana (lingua italiana) | |||
---|---|---|---|
Mitkellma: | Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan | ||
Reġjuni: | Ewropa | ||
Kelliema: | 64 miljun | ||
Familja: | Lingwi Rumanzi | ||
Uffiċjali
| |||
Lingwa uffiċjali ta': | Italja, Żvizzera, San Marino, Belt tal-Vatikan | ||
Regolati: | |||
Kodiċijiet
| |||
ISO 639-1: | it | ||
ISO 639-2: | ita | ||
ISO 639-3: | ita | ||
Ara ukoll: Lingwa |
Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.[1]
Konverżazzjoni
immodifikaMalti (maltese) | Taljan (italiano) | Pronunċja |
---|---|---|
Iva | Sì | (isma') /si/ |
Le | No | (isma') /nɔ/ |
Dażgur! | Certo! / Certamente! / Naturalmente! | |
Ċaw! | Ciao! (informali) / Salve! (ġenerali) | (isma') /ˈtʃao/ |
Eviva! | salute! | /saˈlute/ |
Kif int? | Come stai? (informali) / Come sta? (formali) / Come state? (plural) / Come va? (ġenerali) | /ˈkomeˈstai/ ; /ˈkomeˈsta/ |
Bonġu! | Buon giorno! | /bwɔnˈdʒorno/ |
Banswa! | Buona sera! | /bwɔnaˈsera/ |
Il-lejl it-tajjeb! | Buona notte! (għal lejl ta' mistrieħ) / Buona serata! (għal serata tajba) | |
Il-ġurnata t-tajba! | Buona giornata! (formali) | |
L-ikla t-tajba! | Buon appetito! | /ˌbwɔn appeˈtito/ |
Ċaw! | Arrivederci (ġenerali) / Arrivederla (formali) / Ciao! (informali) | (isma') /arriveˈdertʃi/ |
Nawguralek! - Grazzi! | Buona fortuna! - Grazie! (ġenerali) / In bocca al lupo! - Crepi [il lupo]! (biex tawgura lil xi ħadd sabiex jegħleb xi diffikultà) | |
Inħobba | Ti amo (bejn il-maħbubin biss) / Ti voglio bene (fis-sens ta' "Irridlek il-ġid", bejn maħbubin, ħbieb, qraba, etċ.) | /ti ˈvɔʎʎo ˈbɛne/ ; /ti ˈamo/ |
Merħba [f'...] | Benvenuto/-i (għal raġel/rġiel jew grupp imħallat) / Benvenuta/-e (għal mara/nisa) [a / in...] | |
Jekk jogħġbok | Per piacere / Per favore / Per cortesia | (isma') |
Grazzi! | Grazie! (ġenerali) / Ti ringrazio! (informali) / La ringrazio! (formali) / Vi ringrazio! (plural) | (isma') /ˈɡrattsje/ |
M'hemmx imn'hiex! | Prego! /ˈprɛɡo/ | |
Skużani / Jiddispjaċini | Mi dispiace ("Jiddispjaċini") / Scusa(mi) (informali) / Mi scusi (formali) / Scusatemi (plural) / Sono desolato ("Aħfirli", jekk raġel) / Sono desolata ("Aħfirli", jekk mara) | (isma') /ˈskuzi/ ; /ˈskuza/ ; /mi disˈpjatʃe/ |
Min? | Chi? | |
Xiex? | Che cosa? / Cosa? / Che? | |
Meta? | Quando? | /ˈkwando/ |
Fejn? | Dove? | /ˈdove/ |
Kif? | Come? | /ˈkome/ |
Għaliex / Għala / Minħabba | perché | /perˈke/ |
Darb'oħra | di nuovo / ancora | /di ˈnwɔvo/; /aŋˈkora/ |
Kemm? | Quanto? / Quanta? / Quanti? / Quante? | |
X'jismek? | Come ti chiami? (informali) / Come si chiama? (formali) | |
Jisimni ... | Mi chiamo ... | |
Dan hu ... / Din hi ... | Questo è ... (maskili) / Questa è ... (femminili) | |
Iva, qed nifhem. / Iva, fhimt. | Sì, capisco. / Ho capito. | |
Minix nifhem. | Non capisco. / Non ho capito. | (isma') |
Int titkellem bl-Ingliż? | Parli inglese? (informali) / Parla inglese? (formali) / Parlate inglese? (plural) | (isma') /parˈlate.iŋˈɡlese/ |
Jien ma nifhimx bit-Taljan. | Non capisco l'italiano. | /noŋkaˈpiskolitaˈljano/ |
Għinni! | Aiutami! (informali) / Mi aiuti! (formali) / Aiutatemi! (plural) / Aiuto! (ġenerali) | |
Għandek raġun/tort! | (Tu) hai ragione/torto! (informali) / (Lei) ha ragione/torto! (formali) / (Voi) avete ragione/torto! (plural) | |
X'ħin hu? | Che ora è? / Che ore sono? | |
Fejn hi l-kamra tal-banju? | Dov'è il bagno? | (isma') |
Kemm tiswa? | Quanto costa? | /ˈkwanto ˈkɔsta/ |
Il-kont, jekk jogħbok. | Il conto, per favore. |
Numri
immodifika
|
|
|
Ġranet tal-ġimgħa
immodifikaMalti | Taljan | IPA |
---|---|---|
It-Tnejn | lunedì | /luneˈdi/ |
It-Tlieta | martedì | /marteˈdi/ |
L-Erbgħa | mercoledì | /merkoleˈdi/ |
Il-Ħamis | giovedì | /dʒoveˈdi/ |
Il-Ġimgħa | venerdì | /venerˈdi/ |
Is-Sibt | sabato | /ˈsabato/ |
Il-Ħadd | domenica | /doˈmenika/ |
L-Element Taljan fl-Ilsien Malti
immodifikaĦafna Maltin jifhmu u jitkellmu t-Taljan ħabba l-programmi televiżivi jew għax jistudjawh l-iskola u l-università. Sal-1934 kien l-ilsien uffiċjali ta' Malta, sakemm ħadulu postu l-Malti u l-Ingliż.
L-Ilsien Malti għandu għeruq semitiċi imma biż-żmien ħa ħafna kliem mill-Isqalli Medjovali u mit-Taljan. Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li ġew mit-Taljan insibu:
1. Arti: pittur, tila, kapulavur, kompożizzjoni, kjaroskur, abbozz, pinzell, skultur, mudell, perspettiva, eċċ.
2. Mużika: opra, sopran, tenur, pjanu, sonata, orkestra, vjolin, sinfonija, kompożitur, kor, eċċ.
3. Letteratura: novella, rumanz, ballata, dramm, eleġija, epika, narrativa, metafora, sunett, lirika, eċċ.
4. Knisja: saċerdot, navi, sagristija, koppla, abbati, ostja, liturġija, vespri, altar, fratellanza, eċċ.
5. Mediċina: ingwent, siringa, operazzjoni, anatomija, infermier, mistura, professur, terapija, garza, loppju, eċċ.
6. Liġi: avukat, awla, libell, rikors, kawża, maġistrat, ġurat, prokuratur, proċess, appell, eċċ.
7. Politika: elezzjoni, kandidat, distrett, parlament, propaganda, ministru, partit, tessera, manifest, oppożizzjoni, gvern, eċċ.
8. Ħajja Urbana: palazz, funtana, qorti, teatru, mużew, lukanda, università, bibljoteka, pjazza, każin, eċċ.
9. Navigazzjoni: barkun, ankra, pruwa, poppa, vapur, ammirall, flotta, skuna, frejgata, karavella, eċċ.
10. Xjenza: ċellola, atomu, simmetrija, mikroskopju, laboratorju, fiżika, termometru, matematika, kimika, mikrobu, eċċ.
11. Ilbies: ingravata, kappell, mantell, ingwanti, kalzetti, pavru, inforra, ċintorin, beritta, xalla, eċċ.
12. Skola/Uffiċċju: segretarja, reġistru, skrivanija, nota, pitazz, gomma, riga, taljakarti, klassi, surmast, eċċ.
13. Militar: kavallerija, kapural, armata, gwerra, bumbardament, kanun, ġeneral, battalja, artillerija, suldat, eċċ.
14. Snajja': barbier, induratur, arġentier, tnalja, martell, ċana, morsa, tavla, bronż, stann, skalpell, eċċ.
15. Oġġetti tad-dar: purtiera, tapit, tvalja, antiporta, armarju, banju, finestrun, tavolina, pultruna, gwardarobba, eċċ.
16. Ikel: pizza, minestra, soppa, insalata, gallettini, torta, biskuttini, vitella, ċanga, balbuljata, spagetti, eċċ.
17. Arkitettura: perit, kolonna, arkata, pedament, intrata, balavostra, kuritur, loġġa, sala, pjanta, eċċ.
18. Frott, Siġar, Fjuri, Pjanti: freżja, prinjol, ċipress, mandolin, bambinella, margeriti, gladjoli, tulipan, arbuxxell, eċċ.
19. Annimali: iljunfant, tigra, ġiraffa, lupu, iljun, ċerv, ċerna, pixxispad, ajkla, melvizz, eċċ.
20. Ambjent Naturali: vulkan, xmara, bosk, peniżola, kaskata, arċipelagu, muntanja, foresta, oażi, kontinent, eċċ.
Referenzi
immodifika- Simone, Raffaele (2010). Treccani (ed.). Enciclopedia dell'italiano. Parametru mhux magħruf
|cid=
injorat (forsi ridt tuża|ref=
minflok) (għajnuna) - Berloco, Fabrizio (2018). Lengu (ed.). The Big Book of Italian Verbs: 900 Fully Conjugated Verbs in All Tenses. With IPA Transcription, 2nd Edition. ISBN 9788894034813. Parametru mhux magħruf
|cid=
injorat (forsi ridt tuża|ref=
minflok) (għajnuna) - Massimo, Palermo (2015). Il Mulino (ed.). Linguistica italiana. ISBN 9788815258847. Parametru mhux magħruf
|cid=
injorat (forsi ridt tuża|ref=
minflok) (għajnuna)
Ħoloq esterni
immodifikaIl-Wikizzjunarju għandu daħla li għandha x'taqsam ma': Taljan |