Limonium melitense
Il-Limonium melitense magħrufa ukoll bħala l-Limonju ta’ Malta jew Leħjet ix-xiħ ta’ Malta hija pjanta perenni mill-familja Plumbaginaceae [1][2]. Il-Limonium melitense hija pjanta endemika għall-gżejjer Maltin u ġiet deskritta bħala speċi ġdida mill-botanist Salvatore Brullo fl-1985.[3]
Limonium melitense | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Caryophyllales |
Familja | Plumbaginaceae |
Tribù | Staticeae |
Ġeneru | Limonium |
speċi | Limonium melitense Brullo, 1985
|
Abitat
immodifikaIl-Limonium melitense tikber f'postijiet dellin, ġo ħofor mimlijin ħamrija fil-ġebel kostali tal-franka.[4] Kif ukoll max-xtut tal-bwar salmastri, żrieżaq tat-tafal u rdum kostali. [3][5] Tinstab l-aktar fil-punent u fit-tramuntana ta’ Malta u hija komuni kemm f’Għawdex, Kemmuna, kif ukoll fuq gżejjer żgħar oħra tal-arċipelagu Malti, dejjem fejn jinstabu kundizzjonijiet ambjentali tajbin għaliha.[3][6]
Karatteristiċi botaniċi
immodifikaIl-Limonium melitense twarrad minn Ġunju sa Novembru bi fjuri vjola fit-tarf ta’ kull fergħa bi 3 sa 4 fjuri ma’ kull ċentimetru tat-tarf taz-zokk.[2] L-inflorexxenza tikber fuq zokk dritt tawwali li joħroġ miċ-ċentru tal-bażi tal-pjanta u li jinqasam f’diversi friegħi bil-fjuri. [3] Il-weraq jintwew u jinxfu meta il-pjanta twarrad fis-sajf u l-weraq jerġa’ jikber mill-ġdid fix-xitwa.[7] Kull werqa għandha wisa’ ta’ 3-7mm u tkun bejn 10-30mm fit-tul.[3] L-arbuxxell tal-Limonium melitense jikber f’forma tonda sabiex ma jitqaċċatx malajr mill-mewġ u r-riħ.[4] Il-Limonium melitense tikber fl-istess abitat flimkien ma speċi oħra ta’ Limonju fosthom il-Limonium virgatum u l-Limonium Zeraphae.[8]
Fawna relatata ma’ din il-pjanta
immodifikaIl-fjuri ta’ din il-pjanta jiġu attakkati mill-insett Goniodoma limoniella, dan l-insett ibid il-bajd fuq il-fjuri tal-limonium melitense, fejn il-larva tfaqqas u tiekol iż-żerriegħa li ssir wara li l-fjura tinxef.[9] Matul ix-xitwa l-larva tħaffer u tifforma fosdqa ġol-friegħi sakemm toħroġ bħala adult fir-rebbiegħa.[9]
Protezzjoni
immodifikaIl-Limonium melitense bħala speċi endemika għall-gżejjer Maltin u l-abitat fejn din il-pjanta tinstab, huma strettament protetti bil-ligi Maltija.[2]
Referenzi
immodifika- ^ "Limonium melitense | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2024-01-23.
- ^ a b ċ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Limonium melitense (Maltese Sea Lavender) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-07.
- ^ a b ċ d e Brullo, Salvatore (1988). "Miscellaneous Notes on the Genus Limonium (Plumbaginaceae)". Willdenowia. 17 (1/2): 11–18.
- ^ a b Brullo, S., Brullo, C., Cambria, S., Giusso del Galdo, G., Brullo, S., Brullo, C., Cambria, S. and Giusso del Galdo, G., 2020. Rocky coast vegetation. The Vegetation of the Maltese Islands, pp.67-81.
- ^ Schembri, P. J., & Sultana, J. (1989). Red Data Book of the Maltese Islands. Malta: Department of Information
- ^ Sciberras, J., Sciberras, A. (2010). Topography and flora of the satellite islets surrounding the Maltese Archipelago. The Central Mediterranean Naturalist, 5(2), 31-42
- ^ Agius, C. (2012). A study on the habitat and morphometry of Limonium melitense, Limonium virgatum and Limonium zeraphae on the Maltese islands (Bachelor's thesis, University of Malta).
- ^ Lanfranco, E. 1989. Il-pjanti vaskulari endemiċi tal-Gżejjer Maltin. In: Cortis, T. (ed.): L-Identità Kulturali ta’ Malta:141-164. Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, Malta.
- ^ a b Sammut, P. (2008). Three Coleophoridae species new to the lepidopterofauna of the Maltese Islands and one new to the fauna of Europe (Lepidoptera: Coleophoridae). SHILAP Revista de lepidopterología, 36(141), 5-7