Liebru Ġappuniż

Il-Liebru Ġappuniż magħruf xjentifikament bħala Lepus brachyurus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) mifrux fil-Lvant tal-kontinent ta' l-Asja.

Liebru Ġappuniż
Liebru Ġappuniż Lepus brachyurus bil-pil kannella
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. brachyurus
Isem binominali
Lepus brachyurus
(Temminck, 1845)
Sottospeċi

Għalkemm għandu l-isem ta' Liebru Ġappuniż dan il-liebru jinsab mifrux f' 4 pajjiżi oħra minn barra l-Ġappun u dawn huma ċ-Ċina, l-Koreja t' isfel, il-Koreja ta' fuq u r-Russja.

Klassifikazzjoni

immodifika

Il-Liebru Ġappuniż flimkien ma' speċi oħra, bħala sottoġeneru qiegħed ikklassifikat f' incertae sedis, dan għaliex hemm bżonn ta' aktar testijiet ġenetiċi qabel jiġi ddeterminat ma' liema liebri oħra huwa l-aktar relatat fil-qrib. Din l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 4 sottospeċijiet.

Referenzi

immodifika