Liebru ta' denbu iswed

(Rindirizzat minn Lepus californicus)


Il-Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus californicus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u jinsab mifrux fil-kotinent ta' l-Amerika ta' fuq.

Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed
Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed Lepus californicus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. californicus
Isem binominali
Lepus californicus
Gray, 1837
Sottospeċi

Dan il-liebru huwa speċi komuni b' distribuzzjoni fil-Punent ta' l-Istati unijti u fil-Messiku, f' elevazzjoni ta' minn dik tal-baħar sa 'l fuq minn 3000 metru.

Bħal-fniek ħmir oħrajn, il-Fenek ħmar ta' denbu iswed għandu par widnejn enormi bit-truf suwed li ma' tista titfixkilhom ma xejn u par saqajn ta' wara twal u b' saħħithom ħafna. Il-pil huwa ta' lewn kannell fl' isfar skur imnaqqax bl-iswed b' linja sewda tul id-dahru kollur bid-denb iswed fuq in-naħa ta' fuq u abjad fin-naħa t' isfel.

Il-Fenek ħmar ta' denbu iswed huwa it-3 l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq wara l-Fenek ħmar antilopu u l-Fenek ħmar ta' denbu abjad, fejn adult kapaċi jilaħħaq id-daqs ta' 60 ċentimetru f' tul u bejn 1.5 u 4 kilogrammi f' piż.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan il-liebru huwa 1 minn 8 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 6 sottospeċi.

Gallarija

immodifika

Referenzi

immodifika