L-element semitiku fil-Malti


L-ilsien Malti (jew il-lingwa Maltija) huwa lingwa Semitika mnissla mill-Għarbi Sqalli ta' tard medjevali b'superstrati Rumanzi (l-Isqalli, it-Taljan u l-Franċiż) u Anglosassoni mitkellma mill-poplu Malti. Huwa riżultat tal-istorja soċjali, kulturali u politika tal-poplu Malti. Għalhekk jekk inneħħu u nwarrbu fil-ġenb dan l-Ilsien inkunu qegħdin inwarrbu parti integrali minn dak kollu li jagħmilna Maltin.

H

uwa lsien li jispikka bil-kwalitajiet uniċi tiegħu li jagħmluh lingwa għalih fost tant lingwi li jeżistu fid-dinja.

Huwa riżultat tal-istorja soċjali, kulturali u politika tal-poplu Malti. Għalhekk jekk inneħħu u nwarrbu fil-ġenb dan l-Ilsien inkunu qegħdin inwarrbu parti integrali minn dak kollu li jagħmilna Maltin.

Il-Malti jaf il-bidu tiegħu mnissla mid-djalett Għarbi Sqalli imma baqa' jikber bil-kontribut ta' ilsna oħra bħall-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliż. Għalhekk huwa lsien imħallat li ntiseġ minn dawn l-ilsna bħala riżultat tal-kuntatti soċjali, kummerċjali, politiċi u reliġużi li għadda minnhom il-poplu Malti.

Matul s-sekli, l-ilsien Malti interpreta kultura Ewropea u nisranija.

L-ewwel perijodu storiku assoċjat ma' lingwa huwa l-perijodu ta' żmien il-Feniċi. Huma kienu razza ta' nies Semitika u ġew mil-Libanu. Kienu proprju l-Feniċi, li taw għamla definita lill-alfabett kif nafuh illum. Fl-antik, studjużi Maltin, fosthom Ġan Frangisk Abela, kienu jaħsbu li l-Malti ġej mill-Puniku, iżda llum nafu li l-eqdem saff lingwistiku tal-Malti ġej mill-Għarbi djalettali.

Il-Malti tal-lum

immodifika

Għalhekk bażikament il-Malti huwa lsien Semitiku u li jinkiteb bl-alfabett Latin modifikat. Imma li baqa’ ħaj fost poplu ċkejken u maħkum. Huwa l-uniku lsien Semitiku fl-Ewropa li kiseb il-ġieħ ta' lsien nazzjonali u llum rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-ilsna ta' dan l-għaqda kbira li tħaddan fiha miljuni ta' ċittadini.

Il-Malti huwa wirt ħaj u dinamiku li qiegħed jiġġedded ta' kuljum mill-poplu li jitkellem bih.

Il-Malti huwa mitkellem minn poplu ċkejken, madankollu dan ma jfissirx li huwa xi lsien inferjuri għax għandu l-kriterji kollha meħtieġa biex jagħmluh lsien uniku.

Fost dawn il-kriterji ta’ min isemmi l-letteratura Maltija li kull ma tmur qiegħda tistagħna b’pubblikazzjonijiet ta’ livell għoli kemm fil-kontenut u kemm fil-produzzjoni.

Il-Malti huwa l-ilsien li bih jikkomunikaw l-maġġoranza kbira tal-Maltin kemm b’mod formali jew informali. Huwa l-ilsien użat fit-taħdit ta’ kuljum, fix-xandir, fil-gazzetti, fil-laqgħat pubbliċi (soċjali, politiċi u reliġjużi). Jiġi użat ukoll fil-kitba tal-liġijiet tal-pajjiż. Aspett ieħor importanti huwa li l-istorja tal-Ilsien Malti tirrifletti l-mixja tal-poplu Malti lejn is-sovranità tiegħu. Il-Malti qatt ma kien assoċjat mal-ħakkiema barranin jew ma’ xi klassi pprivileġġjata u għalhekk kien il-lingwa li biha il-poplu interpreta x-xewqat, il-ħsibijiet, il-weġgħat, id-drawwiet u dak kollu li xtaq jikkomunika l-poplu matul is-snin.

Fil-Malti nsibu wkoll, għalkemm fuq medda territorjali daqshekk żgħira, għadd ta’ djaletti kemm ġeografiċi kif ukoll soċjali. L-istorja ta' pajjiżna turina li għal sekli sħaħ Malta kienet maħkuma minn qawwiet barranin. Dawn il-ħakmiet influwenzaw lill-poplu tagħna f'bosta oqsma fosthom, il-lingwa li nitkellmu biha. Fil-qasam lingwistiku, nistgħu ngħidu li l-Għarab ħallew l-akbar effett u llum għandna provi biżżejjed biex ngħidu li s-sisien ta' lsienna huma sewwasew Semitiċi Għarab.

Nomi Semitiċi

immodifika

Parti kbira mill-vokabularju Malti għandha bażi Semitika. Fil-fatt, fi lsienna nsibu bosta forom grammatikali, bħal forom verbali, aġġettivali u nominali, li għandhom binja Semitika.

Reliġjużi

immodifika

Fil-perijodu Biżantin, il-Knisja Kattolika f'Malta kienet tagħmel parti minn dik Ortodossa tal-Lvant. X'aktarx li f'dak iż-żmien daħal fi lsienna xi kliem ta' nisel Semitiku ta' natura reliġjuza li għadu jintuża sal-ġurnata tal-lum; bħal magħmudija, qrar, quddiesa, qassis, knisja, sawm u oħrajn.

Tan-natura

immodifika

Fl-element Semitiku tal-Malti, insibu kliem primittiv marbut man-natura, l-aktar mal-biedja u s-sajd anke għax l-Għarab kienu bdiewa u sajjieda. L-elementi ewlenin tan-natura u tad-dinja fiżika ta madwarna x'aktarx li niddeskrivuhom b'lessiku Semitiku, fosthom kliem bħal xemx, kwiekeb, sema, ragħad, beraq, widien, siġar. Fejn jidħlu minerali u metalli nsibu kliem ta' nisel semitiku, bħal: ħadid, deheb u fidda.

Bosta ismijiet ta' annimali u ħut li jinstabu f'Malta, speċjalment l-annimali tar-razzett, huma wkoll ta' oriġini Semitiċi, fosthom kliem bħal kelb, fenek, tiġieġa, serduk, burqax, nagħga, ġurdien u baqra. Anke xi ismijiet ta' insetti u rettili li għandna f'Malta x'aktarx li għandhom isem semitiku bħal dubbien, nemel u naħla. Hekk ukoll nistgħu ngħidu għall-ismijiet tas-siġar, tal-ħxejjex u tal-frott l-aktar bażiċi fosthom tina, ħawħa, tuffieħa, ħass, tadam, basal u tursin.

Postijiet

immodifika

Xi ismijiet ta' postijiet u lokalitajiet f'Malta jixhdu wkoll l-influwenza tal-Għarbi. Kienu l-Għarab li semmew lill-gzejjer Maltin kif nafuhom illum. Xi ismijiet ta' rħula u bliet Maltin li għandhom oriġini Semitiċi huma l-Imdina, il-Mosta, Birkirkara u ż-Żejtun. L-istess binja ta' xi ismijiet ta' postijiet hija ta' oriġini Semitika, hekk, ngħidu aħna, ismijiet li qegħdin fl-istat kostrutt bħal Wied il-Għajn u Fomm ir-Riħ, ismijiet li qegħdin fil-forma tad-diminuttiv bħal id-Dwejra u l-Ġnejna, ismijiet li jibdew bi prepożizzjoni bħal Ta' Qali, Ta' Xbiex u Ta' Xuri.

Grammatika Semitika

immodifika

L-influwenza tal-l-Morfoloġija Semitika hija b'saħħitha ħafna fil-Malti u l-biċċa l-kbira tan-nomi Semitiċi huma kklassifikati taħt xi forma jew oħra. Hemm nomi ewlenin u nomi mnisslin. In-nomi ewlenin huma l-aktar bażiċi u l-kollettiv huwa klassi kbira ta' dawn in-nomi. Fis-Semitiku, il-kollettiv jitqies bħala maskil singular, bħalħobż (frisk), ħadid( tqil) u nemus (fitt). Mill-kollettiv nistgħu nnisslu l-forma definita tal-femminil singular biż-żieda tas-suffiss 'a': nemusa, ħobża. Xi nomi Semitiċi li tradizzjonalment kienu kollettiv, illum nużawhom fis-sens tal-plural; fosthom siġar (għoljin) u baqar (ħoxnin).

In-nomi mnisslin x'aktarx tnisslu minn xi partiċipju jew nom ieħor. Nomi mnisslin minn verb jissejħu nomi verbali. Peress li l-verb transittiv juri l-azzjoni li qiegħda sseħħ, nom verbali juri l-isem ta' dik l-azzjoni: Pereżempju, minn QaTeL noħorgu QtiL u minn ĦaReĠ, ĦruĠ. Nomi mimmati huma wkoll nomi mnissla minn verb.Dawn in-nomi jibdew bl-ittra“m”. Fil-Malti, in-nomi mimmati juru tifsira ta' post (eż. maħżen), għodda (moqdief), żmien (Milied)u xi wħud għandhom tifsira astratta (eż. mħabba).

Kategorija oħra ta' kliem imnissel minn verb u li għandu binja Semitika hija l-kategorija tal-partiċipji li fil-lingwa jista' jkollhom tifsira ta' aġġettiv jew avverbju. Hemm il-Partiċipju Passiv u dak Attiv u għandhom dawn il-forom:


dieħel; dieħla; deħlin ħiereġ; ħierġa; ħerġin

Il-Partiċipju passiv

immodifika

Il-Partiċipju Passiv jiddeskrivi azzjoni verbali juri min qed isofri l-azzjoni u jieħu l-prefiss'm':

miktub; miktuba; miktubin maħdum; maħduma; maħdumin

Dan li rajna huwa biss ftit evidenza li turi li s-sisien ta' lsienna huma Semitiċi. Din il-bażi maż-żmien tħalltet ma' elementi oħrajn mhux Semitċi u lkoll flimkien sawru l-ilsien imħallat li nitkellmu llum.

Ħoloq esterni

immodifika