Kurów
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Kurów ( [ˈkuruf] (għajnuna·info)) huwa villaġġ fil-Lbiċ tal-Polonja, li jinsab bejn Puławy u Lublin, fuq ix-xmara Kurówka. Skont statistika maħruġa fl-2009, kien hemm 2822 abitant jgħixu f'dan il-villaġġ.
Fost il-ħafna attrazzjonijiet turistiċi, hemm knisja rinaxximentali (restawrata fl-1692) fejn hemm midfuna l-familja Zbąski, kif ukoll xi skulturi ta' Santi Gucci (1587). Kurów huwa wkoll il-post fejn twieled il-ġeneral Wojciech Jaruzelski.