Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (Bl-Ingliż: National Book Council) hija entità pubblika Maltija ddedikata għall-promozzjoni tal-industrija tal-kotba f’Malta.[1]

Hija torganizza il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (bl-Ingliż: Malta Book Festival), Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ[2] u avvenimenti, workshops, seminars u kompetizzjonijiet nazzjonali u reġjonali oħra. Hija tamminstra ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (bl-Ingliż: National Book Prize), id-Drittijiet ta' Self Pubbliku, u sservi ukoll bħala l-aġent tar-reġistrazzjoni ta' Malta għall- ISBN u l-ISMN.[3][4]

Premju Nazzjonali tal-Ktieb

immodifika

Fl-1971 inħoloq il-Premju Letterarju għall-kotba bil-Malti bil-għan li jinkoraġġixxi l-letteratura Maltija. Awturi notevoli li ngħataw dan il-Premju jinkludu Anton Buttigieg, Francis Ebejer, Oliver Friggieri, Joe Friggieri, Maria Grech Ganado, u Trevor Zahra. L-organizzazzjoni tal-Premju ġiet mgħoddija lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mal-formazzjoni tiegħu fl-2001. Eventwalment, il-Premju kiber biex jinkludi diversi kategoriji inklużi rumanzi, stejjer qosra, poeżija, traduzzjoni, letteratura mhux fittizja, u riċerka. [5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "National Book Council". www.gov.mt. Miġbur 2021-08-29.
  2. ^ "The Literary Contest of Novels for Youth | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb". 2014-06-29. Miġbur 2021-11-17.
  3. ^ "About | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb". 2014-08-20. Miġbur 2021-08-29.
  4. ^ "Malta's ISBN Database" (PDF). isbndatabasemalta.org (bil-Malti u bl-Ingliż). 2016-06-01. Miġbur 2021-08-29.
  5. ^ Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. "History Of The National Book Prize". ktieb.org.mt. Miġbur 11 July 2022.

Ħoloq esterni

immodifika