Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta’ Troodos

10 knejjes u monasteri mniżżla bħala wieħed mis-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO ta’ Ċipru

Il-Knejjes Impittrin fir-Reġjun ta' Troodos fiż-żona muntanjuża ta' Troodos f'nofs il-gżira ta' Ċipru tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985.[1] Dan is-sit huwa magħmul minn għaxar knejjes u monasteri Biżantini bil-ħitan fuq ġewwa miksijin b'affreski Biżantini u post-Biżantini. L-istil arkitettoniku rurali tal-knejjes u tal-monasteri joħloq kuntrast qawwi mal-livell ta' dekorazzjoni raffinata ferm fuq ġewwa.[1]

Affresk ta' Kristu Pantocrator tal-Panagia tis Asinou f'Nikitari

Knejjes u Monasteri

immodifika

L-għaxar knejjes u monasteri mpittrin fir-reġjun ta' Troodos li jiffurmaw parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma dawn li ġejjin:

  1. il-Knisja ta' San Nikola tas-Saqaf (Agios Nikolaos tis Stegis) f'Kakopetria
  2. il-Monasteru ta' San Ġwann (Agios Ioannis Lampadistis) f'Kalopanagiotis
  3. il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Phorviotissa/Asinou (Panagia tis Asinou/Phorviotissa) f'Nikitari
  4. il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Arakos (Panagia tou Arakos) f'Lagoudhera
  5. il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Moutoullas (Panagia tou Moutoullas) f'Moutoullas
  6. il-Knisja tal-Arkanġlu Mikiel (Panagia Archangelos Michael) f'Pedoulas
  7. il-Knisja tas-Salib Imqaddes (Panagia Timios Stavros) f'Pelendri
  8. il-Knisja tal-Verġni Marija ta' Podithou (Panagia tis Podithou) f'Galata
  9. il-Knisja tas-Salib Imqaddes ta' Agiasmati (Panagia Stavros Agiasmati) f'Platanistasa
  10. il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur (Panagia Agia Sotira tou Soteros) f'Palaichori Oreinis
Kodiċi Isem Post Koordinati Kostruzzjoni Ritratt minn barra Ritratt minn ġewwa
351-001 Agios Nikolaos tis Stegis Kakopetria 34°58′N 32°53′E seklu 11
 
 
351-002 Agios Ioannis Lampadistis Kalopanagiotis 34°59′N 32°49′E seklu 11
 
 
351-003 Panagia tis Asinou

(Panagia Phorviotissa)

Nikitari 35°02′N 32°58′E seklu 12
 
 
351-004 Panagia tou Arakos Lagoudera 34°58′N 33°00′E seklu 12
 
 
351-005 Panagia tou Moutoulla Moutoullas 34°59′N 32°49′E seklu 13-14
 
351-006 Archangelos Michail Pedoulas 34°58′3.7″N 32°49′51.6″E seklu 15
 
 
351-007 Timios Stavros Pelendri 34°58′N 33°00′E seklu 13-15
 
 
351-008 Panagia tis Podithou Galata 35°00′N 32°53′E

u

N34 58 0.00

E32 49 0.00

seklu 16
 
 
Panagia Theotokos Galata seklu 16
 
 
351-009 Timios Stavros tou Agiasmati Platanistasa 34°58′N 33°02′E seklu 15
 
 
351-010 Metamorfosis tou Sotiros

(Agia Sotira)

Palaichori Oreinis 34°55′13″N 33°05′45″E seklu 15  
 

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Il-Knisja Mpittra tal-Arkanġlu Mikiel f'Pedoulas

Inizjalment, fl-1985 ġew iddeżinjati disa' knejjes u monasteri mpittrin bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur (Panagia Agia Sotira tou Soteros) f'Palaichori Oreinis żdiedet mal-lista fl-2001 bl-estensjoni tas-sit.[2] Fl-2002, il-Knisja msejħa Panagia Chrysokourdaliotissa f'Kourdali, fi Spilia, tressqet ukoll għal estensjoni ulterjuri potenzjali iżda din baqgħet fil-lista tas-siti indikattivi.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Painted Churches in the Troodos Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "25 COM X.B - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Church of Panayia Chrysokourdaliotissa, Kourdali (extension to "Painted Churches in the Troodos Region")". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-29.