Klondike

reġjun f'Yukon, il-Kanada

Klondike (pronunzja: /ˈklɒndaɪk/; mill-Hän: Tr'ondëk; li tfisser "ilma tal-ġebel użat bħala martell") huwa reġjun fit-territorju ta' Yukon, fil-Majjistral tal-Kanada. Jinsab madwar ix-xmara Klondike, li hija xmara żgħira li tidħol fix-xmara Yukon mil-Lvant fil-Belt ta' Dawson. Ir-reġjun huwa sempliċement reġjun ġeografiku informali, u ma għandu l-ebda funzjoni għat-territorju bħal xi tip ta' reġjun amministrattiv. Jinsab fit-territorju tradizzjonali tal-Ewwel Ġens tat-Tr'ondëk Hwëch'in.

Il-Wied ta' Hunker Creek, Klondike.

Klondike sar magħruf minħabba t-Tellieqa għad-Deheb ta' Klondike, li bdiet fl-1896 u li damet sal-1899. Minn dak iż-żmien 'l hawn, fi Klondike baqgħet issir estrazzjoni kontinwa tad-deheb, għajr għal pawża fl-aħħar tas-snin 60 u fil-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20.

Fl-2023, il-pajsaġġ kulturali ta' Tr'ondëk-Klondike tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa li joħroġ fid-dieher l-adattament tal-poplu Tr'ondëk Hwëch'in għall-kolonizzazzjoni Ewropea li bdiet fl-aħħar tas-seklu 19.[1]

Klondike għandu klima sub-Artika (Dfc skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), li kważi xxaqleb għal klima tat-tundra (ET skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Il-klima tkun sħuna matul is-sajf qasir, u kiesħa ħafna matul ix-xitwa twila. Sal-aħħar ta' Ottubru jifforma s-silġ fuq ix-xmajjar. Għall-biċċa l-kbira tas-sena, l-art tiffriża sa fond ta' 1 sa 3 metri (3 sa 10 piedi).[2] Il-pajsaġġ huwa miksi bis-siġar tal-abit tal-Amerki, tal-luq u tal-betula, kif ukoll b'veġetazzjoni ta' max-xmara.

X'aktarx li s-salamun ilu jagħmel migrazzjoni mill-Oċean Paċifiku għax-xmara Klondike biex jirriproduċi għal mill-inqas 65,000 sena, u l-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li ilu jiġi mistad saħansitra minn 11,500 sena ilu.[3] Il-karibù jagħmlu migrazzjoni wkoll tul ir-reġjun ta' Klondike matul il-migrazzjonijiet staġonali tagħhom. Speċijiet oħra li jinstabu fir-reġjun jinkludu l-alċi, l-ors iswed, l-ors grizzly, il-linċi, il-marten, il-lupu, il-wolverine, in-nagħġa ta' Dall u l-beaver.

Hemm impjant tat-tbassir tat-temp għal Klondike li jinsab tul l-Awtostrada ta' Dempster, qrib id-daħla tan-Nofsinhar tal-Park Territorjali ta' Tombstone, f'elevazzjoni ta' 973 metru (3,192 pied).

Data klimatika għal Klondike, Yukon, temp. normali fl-1981-2006, temp. estremi fl-1966-2010: 3,192 pied (973 metru)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 7

(44)

8

(46)

6

(42)

15

(59)

30

(86)

30

(86)

28

(82)

28

(82)

26

(78)

18

(65)

10

(50)

7

(44)

30

(86)

Temp. għolja medja f'°C (°F) −1.7

(29.0)

0.3

(32.5)

2.5

(36.5)

9.6

(49.3)

18.6

(65.5)

24.0

(75.2)

24.6

(76.2)

22.2

(72.0)

15.2

(59.3)

7.1

(44.8)

−0.6

(31.0)

0.0

(32.0)

25.8

(78.5)

Temp. għolja medja ta' kuljum f'°C (°F) −14.9

(5.2)

−11.2

(11.9)

−6.8

(19.8)

1.5

(34.7)

10.0

(50.0)

17.2

(63.0)

18.5

(65.3)

15.1

(59.2)

7.9

(46.2)

−1.9

(28.5)

−11.2

(11.8)

−11.8

(10.7)

1.0

(33.9)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) −21.1

(−6.0)

−18.0

(−0.4)

−14.4

(6.1)

−5.8

(21.6)

3.5

(38.3)

9.8

(49.7)

11.4

(52.6)

8.2

(46.8)

2.1

(35.7)

−7.1

(19.3)

−16.7

(1.9)

−18.0

(−0.4)

−5.5

(22.1)

Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°C (°F) −26.9

(−16.4)

−24.7

(−12.5)

−21.8

(−7.2)

−12.9

(8.8)

−2.7

(27.1)

2.7

(36.8)

4.5

(40.1)

1.6

(34.8)

−3.6

(25.6)

−11.9

(10.6)

−22.0

(−7.6)

−23.9

(−11.0)

−11.8

(10.8)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −40.4

(−40.7)

−37.9

(−36.3)

−34.9

(−30.9)

−24.4

(−12.0)

−10.1

(13.9)

−2.7

(27.1)

−0.6

(30.9)

−3.8

(25.2)

−11.4

(11.4)

−25.0

(−13.0)

−34.4

(−30.0)

−37.6

(−35.7)

−43.5

(−46.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −52

(−61)

−48

(−55)

−42

(−44)

−35

(−31)

−23

(−9)

−7

(19)

−3

(26)

−9

(16)

−25

(−13)

−35

(−31)

−45

(−49)

−46

(−50)

−52

(−61)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni f'mm (pulzieri) 24

(0.96)

22

(0.86)

29

(1.16)

18

(0.71)

21

(0.84)

46

(1.80)

75

(2.94)

67

(2.64)

49

(1.94)

39

(1.53)

29

(1.15)

45

(1.78)

464

(18.31)

Medja ta' jiem bil-borra f'cm (pulzieri) 24

(9.6)

22

(8.6)

29

(11.6)

18

(6.9)

4.1

(1.6)

0.25

(0.1)

trace 0.51

(0.2)

8.4

(3.3)

32

(12.7)

28

(11.2)

45

(17.8)

211.26

(83.6)

Sors: XMACIS2 (temp. normali, estremi u preċipitazzjoni/borra fl-1991-2006)[4]

Klondike huwa distrett tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Yukon. L-eks mexxej ta' Yukon, il-Liberali Sandy Silver, jirrappreżenta d-distrett elettorali ta' Klondike.

Il-poplu Tr'ondëk Hwëch'in ilu jokkupa r-reġjun ta' Klondike għal iktar minn 9,000 sena, u l-UNESCO ddikjarat li r-reġjun "ġie ttrasformat b'mod fundamentali matul l-okkupazzjoni kolonjali ta' dawn l-artijiet". Il-kummerċjanti Ewropej bdew jaslu fir-reġjun f'nofs is-seklu 19, u fl-1874 ġie stabbilit l-ewwel sit kummerċjali fi Klondike (il-Forti ta' Reliance). Ftit wara, fl-1876, għadda l-Att Indjan (mingħajr negozjati mal-indiġeni), li rrestrinġa l-possibbiltà tal-Kanadiżi Indiġeni li jkomplu bil-prattiki kulturali tagħhom u jgħixu fl-artijiet oriġinali tagħhom. Dan l-att u l-iskoperta tal-metalli prezzjużi fl-inħawi wasslu għal żieda kostanti fil-wasla tal-kolonjalisti matul is-snin 80 tas-seklu 19, u fl-1893 ġie stabbilit l-ewwel insedjament permanenti ta' nies mhux indiġeni f'Ch'ëdähdëk (Erbgħin Mil), fis-sit ta' post tal-kaċċa antik tal-indiġeni. Meta ġie skopert id-deheb fil-qrib fl-1896, ġew stabbiliti diversi rħula u l-pajsaġġ madwar Klondike ġie ttrasformat f'ċentru industrijali. Waslu kważi 30,000 ruħ fil-Belt ta' Dawson fil-ftit snin ta' wara. F'nofs l-1901 saret spedizzjoni minn California bit-tama li jintwera li Klondike kien is-sit tal-Ġnien Bibbliku tal-Eden. Din ġiet sponsorizzata ($50,000) mis-Sur Morris K. Jessup; b'naturalista Amerikan (Norman Buxton) u żewġ xjenzati Russi (Waldemar Bogaras u Waldemar Jochelson).[5][6] Il-poplu Tr'ondëk Hwëch'in ġie mġiegħel jagħmel rilokazzjoni iktar 'l isfel tul ix-xmara lejn kamp anċestrali msejjaħ Moosehide, li mbagħad sar iċ-ċentru tal-komunità indiġena sas-snin 50 tas-seklu 20.

Wara li ntemmet it-Tellieqa għad-Deheb ta' Klondike għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 20, bosta mill-irħula li ġew stabbiliti f'qasir żmien saru rħula diżabitati, iżda l-Belt ta' Dawson baqgħet il-belt kapitali ta' Yukon sal-1953 (meta mbagħad il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Whitehorse).

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Tr'ondëk-Klondike ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023 bħala pajsaġġ kulturali magħmul minn diversi siti arkeoloġiċi.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Komponenti

immodifika

Is-sit huwa magħmul minn tmien komponenti.[1]

Dawn it-tmien siti juru evidenza arkeoloġika rigward it-tranżizzjoni mill-użu tal-art tal-indiġeni għal wieħed Ewropew, u l-interazzjonijiet bejn iż-żewġ kulturi.

It-tmien komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma dawn li ġejjin:

  • il-Forti ta' Reliance: l-ewwel sit kummerċjali fi Klondike, li nbena fl-1874;
  • Ch'ëdähdëk (Erbgħin Mil): sit tal-kaċċa tradizzjonali u l-eqdem insedjament Ewropew f'Yukon, li ġie abbandunat kif intemmet it-Tellieqa għad-Deheb ta' Klondike;
  • Ch'ëdähdëk Tth'än K'et (iċ-Ċimiterju ta' Dënezhu): ċimiterju tal-Ewwel Ġnus b'madwar 22 qabar;
  • il-Forti ta' Cudahy u l-Forti ta' Constantine: fortijiet stabbiliti fl-1893 u fl-1895 u abbandunati ftit wara;
  • Tr'ochëk: kamp tas-sajd tradizzjonali;
  • il-Belt ta' Dawson: il-belt ewlenija u ċ-ċentru industrijali ta' Yukon matul it-Tellieqa għad-Deheb ta' Klondike;
  • Jëjik Dhä Dënezhu Kek'it (il-Villaġġ ta' Moosehide): post importanti ta' ġabra għall-Ewwel Ġens tat-Tr'ondëk Hwëch'in u l-post fejn għamlu r-rilokazzjoni matul l-espansjoni Ewropea;
  • Tthe Zra¸y Kek'it (il-Belt is-Sewda): sit arkeoloġiku u insedjament indiġenu abbandunat li ntuża fis-seklu 19 għall-kummerċ bis-saħħa tal-influss tal-kolonjalisti Ewropej.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Tr’ondëk-Klondike". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-27.
  2. ^ "Collier's New Encyclopedia (1921)/Klondike, The - Wikisource, the free online library". en.wikisource.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-27.
  3. ^ Halffman, Carrin M.; Potter, Ben A.; McKinney, Holly J.; Finney, Bruce P.; Rodrigues, Antonia T.; Yang, Dongya Y.; Kemp, Brian M. (6 October 2015). "Early human use of anadromous salmon in North America at 11,500 y ago". Proceedings of the National Academy of Sciences. 112 (40): 12344–12348.
  4. ^ "xmACIS2". xmacis.rcc-acis.org. Miġbur 2024-06-27.
  5. ^ "Paper 1". paperspast.natlib.govt.nz. Miġbur 2024-06-27.
  6. ^ "Paper 2". paperspast.natlib.govt.nz. Miġbur 2024-06-27.