Karmen Azzopardi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Karmen Azzopardi (1934–2022) kienet attriċi Maltija magħrufa sew fuq il-palk kif ukoll fuq it-television.[1][2]
Karmen Azzopardi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 7 Lulju 1934 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 16 Marzu 2022 |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Malti Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur xandar produttur teatrali |
Impjegaturi | Dipartiment tal-Informazzjoni |
Teatru
immodifikaMatul is-snin ħamsin, it-talenti tagħha kienu mfittxija minn bosta kumpaniji. Fost dawn kien hemm il-Malta Drama League, il-Kumpanija Gioventù Cattolica, il-Manoel Amateur Dramatic Club u l-Maleth.
Partikolarment importanti kienet l-esperjenza li Azzopardi kisbet mal-grupp Ingliż f’Malta, il-British Institute Players. Din mhux talli wasslet biex Azzopardi taħdem ma’ diretturi professjonali Ingliżi bħal Adrian Stanley, Ken Dodding u Cecil Bellamy, iżda wkoll biex titħarreġ Londra mal-Actor’s Studio fl-arti drammatika, u saħansitra fix-xogħol tar-radju mal-BBC.
Ma' Francis Ebejer
immodifikaIs-snin sittin raw lil Azzopardi taħdem mill-qrib ma’ Francis Ebejer, il-kittieb li hi tqis responsabbli għall-iżvilupp tat-teatru modern f’Malta. Ebejer u Azzopardi rawmu relazzjoni professjonali mibnija fuq l-għarfien li t-tnejn kellhom tal-kwalitajiet ta’ xulxin. Azzopardi tgħid li Ebejer fassal bosta karattri maħsuba speċifikament biex jiġu interpretati minnha u oħrajn biex jiġu interpretati minn atturi speċifiċi oħrajn.
Atturi Theatre Group
immodifikaFl-1974, Azzopardi waqqfet il-grupp Atturi Theatre Group, flimkien mal-Kav. Paul Naudi. Din ġiet deskritta bħala l-ewwel kumpanija ta’ repertorju f’Malta maħsuba biex jittellgħu xogħlijiet ta’ kwalità, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u dan fuq bażi konsistenti.
Azzopardi kienet waħda mill-attriċi ewlenin tal-grupp, u ħadmet partijiet impenjattivi bħal Hedda Gabler (fid-dramm bl-istess isem, ta’ Henrik Ibsen), Filumena Marturano (ta’ Eduardo de Filippo) u Mother Courage (ta’ Bertholt Brecht). Azzopardi serviet ukoll bħala chairperson tal-istess kumpanija, u kienet tikkontribwixxi kemm fl-għażla tat-testi u tal-parteċipanti kif ukoll fil-ħidma ta’ kuljum tal-kumpanija.
Fost premjijiet oħrajn, fl-2002 Azzopardi rċeviet il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, għall-kontribut li tat lejn l-iżvilupp tat-teatru f’Malta.
Referenzi
immodifika- ^ "Bezzjoni: Karmen Azzopardi" (bil-Malti). Miġbur 2021-07-07.
- ^ "Karmen Azzopardi" (bil-Malti). Miġbur 2021-07-07.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Karmen Azzopardi () |