Kampnari tal-Belġju u ta' Franza
Il-Kampnari tal-Belġju u ta' Franza huma grupp ta' 56 binja storika li ġew iddeżinjati kollha f'daqqa bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1], bħala rikonoxximent tal-kampnari ċiviċi (iktar milli tal-knisja) li jservu bħala manifestazzjoni arkitettonika tal-indipendenza ċivika emerġenti mill-influwenzi fewdali u reliġjużi fl-eks Kontea tal-Fjandri (illum il-ġurnata ż-żona Franċiża tal-Fjandri fi Franza u r-reġjun tal-Fjandri tal-Lvant u tal-Fjandri tal-Punent fil-Belġju) u f'żoni ġirien li fl-imgħoddi kienu proprjetà tal-familja Bourgogne (illum il-ġurnata l-Wallonja, fil-Belġju).
Għalkemm il-lista ta' kampnari l-iktar li fiha huma strutturi ta' torrijiet ta' kampnari ċiviċi, tinkludi sitt torrijiet ta' kampnari tal-knisja Belġjani (ara l-katidrali, il-knejjes u l-bażiliki fil-lista ta' hawn taħt) bil-pretest li kienu ntużaw ukoll bħala torrijiet tal-għassa jew torrijiet tal-allarm.
Il-biċċa l-kbira tal-istrutturi f'din il-lista huma torrijiet li joħorġu minn binjiet ikbar. Madankollu, ftit minnhom huma strutturi individwali, u minnhom, ftit huma torrijiet li nbnew mill-ġdid li fl-imgħoddi kienu kollegati ma' binjiet maġenbhom. Kampnar notevoli li mhux parti minn din il-lista huwa t-torri tal-Muniċipju ta' Brussell, iżda proprjament mhuwiex kampnar. Il-kampnar oriġinali ta' Brussell kien jinsab ħdejn il-Knisja ta' San Nikola, sakemm iġġarraf fl-1714.[2] Minkejja dan, il-Muniċipju ta' Brussell huwa parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-Grand-Place ta' Brussell.[3]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIs-Sit ta' Wirt Dinji oriġinarjament kien imsejjaħ il-Kampnari tal-Fjandri u tal-Wallonja fl-1999, b'lista ta' 32 kampnar f'dawk iż-żewġ reġjuni tal-Belġju.[1] Fl-2005, il-lista ġiet estiża u s-sit beda jissejjaħ bl-isem attwali, biż-żieda ta' 23 kampnar ieħor mir-reġjuni ta' Nord-Pas-de-Calais u ta' Picardy fil-Grigal ta' Franza, u l-kampnar ta' Gembloux fil-Wallonja, il-Belġju.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Lista tal-kampnari
immodifikaIsem u post | Muniċipalità | Provinċja (BE) /
Dipartiment (FR) |
Reġjun | Pajjiż | Sena tat-tniżżil fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji | ID tal-UNESCO | |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Schepenhuis, Aalst – Kampnar u (Eks) Muniċipju | Aalst | Fjandri tal-Lvant | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-001 | |
Il-Katridral tal-Madonna ta' Anversa | Anversa | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-002 | |
Muniċipju ta' Anversa | Anversa | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-003 | |
Il-kampnar Hallentoren u s-swali ta' Bruges | Bruges | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-004 | |
Muniċipju bil-Kampnar ta' Dendermonde | Dendermonde | Fjandri tal-Lvant | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-005 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Diksmuide | Diksmuide | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-006 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Eeklo | Eeklo | Fjandri tal-Lvant | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-007 | |
Kampnar, Sala tat-Tessuti u l-Mammelokker ta' Gent | Gent | Fjandri tal-Lvant | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-008 | |
Eks Muniċipju u Sala tat-Tessuti ta' Herentals | Herentals | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-009 | |
Sala tat-Tessuti u Kampnar ta' Ypres | Ypres | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-010 | |
Kampnar ta' Kortrijk | Kortrijk | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-011 | |
Kampnar u Torri tal-Knisja ta' San Pietru | Leuven | Brabant Fjamming | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-012 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Lier | Lier | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-013 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Lo-Reninge | Lo-Reninge | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-014 | |
Sala Antika tat-Tessuti u Kampnar (issa parti mill-kumpless tal-Muniċipju modern) | Mechelen | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-015 | |
Kampnar tal-Katidral ta' San Rumbolds | Mechelen | Anversa | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-016 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Menen | Menen | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-017 | |
Sala tas-Suq jew Stadshalle bil-Kampnar ta' Nieuwpoort | Nieuwpoort | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-018 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Oudenaarde | Oudenaarde | Fjandri tal-Lvant | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-019 | |
Muniċipju, Sala tas-Suq, u Kampnar ta' Roeselare | Roeselare | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-020 | |
Muniċipju u Kampnar ta' Sint-Truiden | Sint-Truiden | Limburg | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-021 | |
Il-kampnar Hallentoren, is-Sala tat-Tessuti u s-Sala tal-Aldermen | Tielt | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-022 | |
Knisja ta' San Germanus u l-Kampnar | Tienen | Brabant Fjamming | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-023 | |
Kampnar tal-Bażilika tal-Madonna ta' Tongeren u Stadstoren (Torri tal-Belt) | Tongeren | Limburg | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-024 | |
Landhuis, l-eks sede tal-Viskont ta' Veurne-Ambacht) u l-Kampnar | Veurne | Fjandri tal-Punent | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-025 | |
Knisja u Kampnar ta' San Leonard | Zoutleeuw | Brabant Fjamming | Fjandri | Belġju | 1999 | 943-026 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Binche | Binche | Hainaut | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-027 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Charleroi | Charleroi | Hainaut | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-028 | |
Kampnar ta' Mons | Mons | Hainaut | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-029 | |
Kampnar ta' Namur | Namur | Namur | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-030 | |
Kampnar ta' Thuin | Thuin | Hainaut | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-031 | |
Kampnar ta' Tournai | Tournai | Hainaut | Wallonja | Belġju | 1999 | 943-032 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Armentières | Armentières | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-033 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Bailleul | Bailleul | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-034 | |
Kampnar ta' Bergues | Bergues | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-035 | |
Kampnar ta' San Martin | Cambrai | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-036 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Comines | Comines | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-037 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Douai | Douai | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-038 | |
Kampnar ta' Dunkirk | Dunkirk | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-039 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Dunkirk | Dunkirk | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-040 | |
Kampnar ta' Gravelines | Gravelines | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-041 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Lille | Lille | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-042 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Loos | Loos | Nord | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-043 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Aire-sur-la-Lys | Aire-sur-la-Lys | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-044 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Arras | Arras | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-045 | |
Kampnar ta' Béthune | Béthune | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-046 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Boulogne-sur-Mer | Boulogne-sur-Mer | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-047 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Calais | Calais | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-048 | |
Kampnar tal-Muniċipju ta' Hesdin | Hesdin | Pas-de-Calais | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-049 | |
Kampnar ta' Abbeville | Abbeville | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-050 | |
Kampnar ta' Somme | Amiens | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-051 | |
Kampnar tal-eks Muniċipju ta' Doullens | Doullens | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-052 | |
Kampnar fuq dak li fadal minn Bieb il-Belt ta' Lucheux | Lucheux | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-053 | |
Kampnar ta' Rue | Rue | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-054 | |
Kampnar ta' Saint-Riquier | Saint-Riquier | Somme | Hauts-de-France | Franza | 2005 | 943-055 | |
Kampnar ta' Gembloux | Gembloux | Namur | Wallonja | Belġju | 2005 | 943-056 |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Belfries of Belgium and France". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-25.
- ^ "IL Y EUT POURTANT DES PROJETS DE RECONSTRUCTION AUX SIECLES PASSES OH EFFROI BRUXELLES EST SANS BEFFROI". Le Soir (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-25. Miġbur 2022-02-25.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "La Grand-Place, Brussels". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-25.
- ^ "World Heritage Photos - Belfries of Belgium and France". www.werelderfgoedfotos.nl. Miġbur 2022-02-25.