Brabant Fjamming
(Olandiż:Vlaams-Brabant)
Bandiera Emblema
Brabant Fjamming
Pajjiż  Belġju
Reġjun  Reġjun Fjamming
Kapital Leuven
Gvernatur Lodewijk De Witte
Erja 2,106 km2 (813 mi kw)
Popolazzjoni
 - Total:
 - Densità:

1,086,446
520/km2 (1,300/mi kw)
Websajt Sit Uffiċjali

Il-Brabant Fjamming (Olandiż: Vlaams-Brabant) hija provinċja tal-Fjandri, wieħed minn tliet reġjuni tal-Belġju. Hi tmiss (dawran lemini mit-Tramuntana) mal-provinċji Belġjani ta' Antwerp, Limburgu, Liège, Walloon Brabant, Hainaut u l-Fjandri tal-Lvant. Il-Brabant Fjamming hija mdawra wkoll mar-Reġjun Kapitali ta' Brussell. Il-kapital tagħha hija Leuven. Hija għandha arja ta' 2,106 km² li hija maqsuma f'żewġ distretti amministrattivi (arrondissementen bl-Olandiż) fihom 65 muniċipalitajiet.

Il-Brabant Fjamming inħolqot fl-1995 mill-qsim preċedenti ta' Brabant fi tliet partijiet: żewġ provinċji ġodda, Brabant Fjamming u Walloon Brabant; u r-Reġjun Kapitali ta' Brussell, li m'għadux jappartjeni xi provinċja. Il-qasma kienet magħmula biex takkomoda d-diviżjoni eventwali tal-Belġju fi tliet reġjuni (Fjandri, Wallonja u r-Reġjun Kapitali ta' Brussell).

Ħoloq esterni

immodifika