Jum ir-Repubblika (Malta)

It-13 ta' Diċembru 1974, imfakkar fil-kalendarju Malti bħala Jum ir-Repubblika, ir-reġina tar-Renju Unit ma baqgħatx kap tal-istat u minflokha nħatar Sir Anthony Mamo, bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta.

F'dan il-jum seħħu, ovvjament, xi tibdiliet fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, li ġew aċċettati miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati filwaqt li Dom Mintoff ġie dikjarat l-ewwel Prim Ministru ta' Malta Repubblika.

Fl-1964 Malta saret stat indipendenti, imma skont il-Kostituzzjoni, ir-Reġina tal-Ingilterra baqgħat il-Kap tal-Istat f'Malta. Ir-rappreżentant tar-Reġina f'Malta baqa' l-Gvernatur Ġenerali.

Fl-1974 sar tibdil fil-Kostituzzjoni. Wara diskussjonijiet bejn iż-żewġ partiti l-kbar, il-Parlament Malti, b'maġġoranza kbira, approva numru ta' tibdiliet fil-Kostituzzjoni. Fost it-tibdiliet kien hemm dik li Malta ssir Repubblika.

Il-Presidenti ta' Malta Repubblika kienu dawn:

Il-President huwa l-Kap tal-Istat. Huwa jiffirma l-liġijiet li jgħaddu mill-Parlament u jamministra wkoll il-"Community Chest Fund”.

L-uffiċċju tal-President jinsab fil-Palazz tal-Belt Valletta u bħala residenzi għandu l-Palazzi ta' San Anton u l-Verdala.

Ta' kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President imexxi ċerimonji fil-Palazz, il-Belt Valletta, li fiha jagħti għadd ta' onorefiċenzi lil numru ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li jkunu taw xi servizz lil Malta.