Jusepe de Ribera
Jusepe de Ribera, magħruf ukoll bħala José de Ribera jew bil-laqam Spagnoletto (Xàtiva, 17 ta' Frar 1591 – Napli, 2 ta' Settembru 1652), kien pittur u inċiżur Spanjol li ħadem l-aktar f'Napli. KIen wieħed mill-aqwa protagonisti tal-pittura Ewropea tas-seklu 17 u wieħed mill-pitturi importanti li segwew il-linja tal-Caravaggiżmu. Flimkien ma' pitturi oħra tal-epoka, fuq kollox Luca Giordano, Massimo Stanzione, Mattia Preti, Bernardo Cavallino u Battistello Caracciolo, kien wieħed mill-esponenti l-żjed importanti tat-Tenebriżmu u tal-pittura Naplitana tas-seklu 17.
Jusepe de Ribera | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Xàtiva (en) , 12 Jannar 1591, 1588 | ||
Nazzjonalità | Kuruna ta' Aragona | ||
Mewt | Napli, 3 Settembru 1652 | ||
Post tad-dfin | Santa Maria del Parto a Mergellina, Naples (en) | ||
Familja | |||
Konjuga/i | Caterina Azzolino (en) | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Spanjol | ||
Għalliema | Francesc Ribalta (en) | ||
Studenti |
uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
pittur tipografu artist grafiku disinjatur disinjatur tal-bini artist viżiv | ||
Post tax-xogħol |
Valencia Ruma Parma Napli | ||
Xogħlijiet importanti |
San Bartilmew Filosfu b'mera | ||
Moviment | Barokk | ||
Moviment artistiku |
arti reliġjuża pittura mitoloġika |
Il-laqam Spagnoletto, mifrux mal-Italja, kien ġej mill-istatura qasira tiegħu.
Bijografija
immodifikaIl-bidu
immodifikaTwieled Xàtiva, qrib Valencia, fl-1591 minn Simón de Ribera (skarpan) u Margarita Cucó u kien ħu Juan, pittur ukoll. Fil-bidu kien apprendistat ma' Francisco Ribalta fil-belt ta' Valencia.
De Ribera ma damx li ħass il-ħtieġa li jmur l-Italja, minn dejjem ċentru importanti tal-pittura, u li jimxi fuq il-passi ta' Caravaggio. Għalhekk fl-1611 telaq lejn l-Italja, l-ewwel fin-naħa ta' fuq, Cremona għal Milan u għal Parma u mbagħad niżal Ruma fejn kellu kuntatt mal-pittura ta' Guido Reni u ta' Ludovico Carracci. Fl-aħħar, x'aktarx, mar l-Italja ta' Isfel u spiċċa Gallipoli fejn għex fil-palazz antik ta' Assanti-Aragona (illum magħruf bħala Palazzo Gallo). L-ewwel xogħol tiegħu li nafu bih bid-data ta' 1611, San Martin jaqsam il-Mantell, intilef[1]. Ruma pinġa s-sensiela Il-Ħames Sensi li għad għandna minnha żewġ pitturi oriġinali u kopji tat-tlieta l-oħra[2].
Napli
immodifikaFl-1616 mar Napli fejn sar il-protett tal-Viċi-Re Spanjol, id-duka ta' d’Osuna, li għalih pinġa ħafna quadri illum miżmumin fil-knisja kolleġġjali ta' Osuna (qrib Sivilja), fosthom San Bastjan u Il-Kalvarju. Kiseb fama kbira u hekk seta' jiltaqa' ma' ħafna artisti li għaddew minn Napli. Fosthom kien hemm il-kompatrijott tiegħu Diego Vélasquez li xtara mingħandu għadd ta' kwadri għar-re Filippu IV ta' Spanja fl-1629, u għal darba oħra fl-1649, għall-palazz tal-Escorial.
Ribera żżewweġ lil Catalina de Azzolino, bint pittur medjokru u magħha kellu ħamest itfal. Fil-bidu kien jimita t-tenebriżmu Caravaggesk, imma waqt li Caravaggio jagħti intensità kbira l-pittura permezz tal-kuntrasti qawwijin tal-chiaroscuro, Ribera juża l-chiaroscuro biex jagħti l-kwadru ċertu misterju, mingħajr ma jnaqqas mis-serenità u l-bilanċ tax-xena.
Minn dan l-ewwel perjodu jispikkaw l-erba' kwadri reliġjużi b'interpretazzjoni profetika u sbuħija straordinarja: San Ġlormu, San Bastjan imdewwi minn erba' qaddisin nisa. Il-pitturi mitoloġiċi, pereżempju Silenu fis-sakra, huma daqshom importanti. Rimarkabbli wkoll il-viżjoni axxetika tal-pittur fir-rappreżentazzjoni tal-profeti, appostli, qaddisin, eċċ: San Pawl l-Eremita, Santur Rokku, Sant Andrija, San Ġakbu l-Kbir kif ukoll ir-realiżmu tiegħu fid-deskrizzjonijiet tal-varji martirji.
Aktar ma mmatura, aktar ħeles mit-tenebriżmu tal-bidu.l-għażla tal-kuluri ċċarar u saret aktar imdawla, it-tonalitajiet saru aktar armonjużi, pereżempju f'L-Immakulata Kunċizzjoni. Din kienet l-epoka tal-akbar xogħlijiet tiegħu. Il-kuluri saru aktar u aktar ispirati mill-Iskola Venezjana, kif juru Venere u Adone, Apollo u Marsja u fil-pitturi ddestinati għall-monasteru Ċertożin ta' San Martino. L-ispirazzjoni tiegħu kienet mill-arti klassika u nistgħu nindunaw f'bosta xogħlijiet tiegħu bix-xbiha ta' Apollo tal-Belvedere bħal f' Il-Martirju ta' San Bartilmew (1626-29, Stockholm, Nationalmuseum) jew f' L-Agħma ta' Gombazzo (1632, Madrid, Mużew tal-Prado), bħala omaġġ għall-Antikità jew bil-kuntrarju bħala xhieda tat-tmiem tal-paganiżmu[3]. Ribera tbiegħed mil-kompożizzjonijiet kkomplikati, tipiċi tal-Barokk Taljan, u kien jippreferi jagħti l-persunaġġi intensità emottiva.
Ribera kien iħobb ukoll l-aspetti aneddotiċi u popolari, pereżempju fis-sensiela tal-Filosfi, insibu rappreżentazzjonijiet ta' tallaba u tipi popolari bħal It-Tfajla bit-Tamburin, Ix-Xurban Ferħan Ix-Xurban ta' Muskat, kif ukoll persunaġġi stravaganti bħal Il-Mara bil-Baffi. L-aħħar xogħlijiet tiegħu bħal L-Adorazzjoni tar-Rgħajja u San Ġlormu penitenti huma xhieda tar-rikkezza kbira fil-qasam tal-kompożizzjoni u l-kulur.
Ix-xogħol grafiku tiegħu hu importanti wkoll, tant għall-kwalità u tant għall-kwantità. L-ewwel disin magħruf ġej mill-1611, Adorazjoni tal-Maġi. It-teknika li kienet varja, pinna, sangwinja, akwarell... Għandna xhieda tal-arti pittorjali tiegħu mifruxa ma ħajtu kollha. L-inċiżizzjonijiet tiegħu (prinċipalment bl-akwaforte) huma limitati għal perjodu ta' ħajtu (bejn l-1616 u l-1630). Ribera fl-1622 beda wkoll xogħol għat-tagħlim li kien fih bosta inċiżjonijiet ta' natura anatomika (għajnejn, widnejn, ħluq ...) imma qatt ma' lestieh[4]. Bejn l-1630 u l-1648, ma pproduċiex inċiżjonijiet aktar u l-aħħar xogħol tiegħu kien minn din is-sena bir-ritratt ekwestru ta' Don Juan José tal-Awstrija.
Referenzi
immodifika- ^ Augé JL, Ribera ou l'essence du réel, Dossier de l'art nru. 159, p. 2-20
- ^ Ressort C, Ribera : La période romaine, nouvelles attributions, Dossier de l'art nru. 159, p. 28-33
- ^ Augé JL,Ribera et l'antique, une nouvelle lecture, Dossier de l'art nru 159, p. 34-43
- ^ Augé JL, Ribera, les effet maîtrisés de la gravure, Dossier de l'art nru 159, p. 60-63