Jesmond Grech

kittieb Malti

Jesmond Grech (imwieled fl-14 ta’ Settembru 1963) huwa rumanzier, storiku, kittieb u għalliem Malti. [1] Twieled fl-isptar tar-Royal Navy fl-Imtarfa, Malta, u qatta’ tfulitu u żogħżitu f’Raħal Ġdid, Malta. Miżżewweġ lil Mary nee Pace u għandu żewġt itfal, Julian u Maria Cristina. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, Il-Kulleġġ Mount Carmel (Santa Venera, Malta), St. Paul's Missionary College, Malta, u l-Università ta' Malta (Bachelor of Education u Master of Education) u bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Istorja fi skola sekondarja statali.

Jesmond Grech

Kittieb tal-Letteratura Kontemporanja Maltija
Ħajja
Twelid Sptar Navali tal-Imtarfa, 14 Settembru 1963 (61 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
għalliem
drammaturgu
traduttur

Grech huwa membru onorarju tal-Banda Sant’Andrija, Ħal Luqa u President Onorarju tas-Siġġiewi Rowing Club. Jgħix is-Siġġiewi flimkien mal-familja.

Matul dawn l-aħħar tletin sena Grech ippubblika ħmistax-il ktieb ta’ genres differenti li jinkludu kotba għat-tfal, novelli u kotba tal-istorja. Fl-2008 il-ktieb għat-tfal tiegħu Bongi Wongi u l-Avventuri Tiegħu rrappreżenta lil Malta fil-wirja Tour d’Europe en 27 Livres d’Images li saret fil-Bibliothèque nationale de France. Din il-wirja kienet inawgurata minn Christine Albanel, il-Ministru Franċiża għall-Kultura u Komunikazzjoni u Bruno Racine, iċ-Ċerman tal-Bilbliothèque nationale de France. Il-ktieb, ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin, kellu disinji ta’ Marisa Attard, waħda mill-iżjed illustraturi prominenti Maltin. [2] In-novella ta’ Grech Ġenerazzjoni Paceville ppubblikata għall-ewwel darba mill-Klabb Kotba Maltin fl-1999 bdiet trend ġdid ta’ letteratura għall-addolexxenti bil-Malti, liema trend ġie segwit b’entużjażmu minn bosta awturi oħra. Grech għamel ukoll kontribuzzjonijiet siewja fi drama televiżiva. Żewġ novelli tiegħu Gideb u Mħabba u Mħabba mill-Ġdid ġew imtella’ għat-televiżjoni lokali minn Hermann Bonaci Productions. Fit-tmenijiet tas-seklu għoxrin huwa kiteb u dderieġa l-play satirika Sardinella u l-Piżella bbażata fuq il-ħrafa ta’ Hans Christian Andersen The Princess and the Pea għall-kumpanija ta’ teatru fringe ATEATRU.[3]

Huwa kiteb ukoll żewġ radjudrammi Bejn l-Ilma u n-Nar u Qatla f’Pentekoste li ġew imxandra fuq Radio 101 (Malta). Il-ktieb tiegħu British Heritage in Malta b’introduzzjoni minn Vincent Fean (dak iż-żmien British High Commissioner għal Malta),[4] ġie deskritt bħala “a cross between a history book and a guidebook.”[5] L-iktar pubblikazzjoni riċenti tiegħu hija l-bijografija ta’ Eugenio Borg, katekist Malti u l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija u li bħalissa qiegħed fil-proċess ta’ kanonizzazzjoni. Dan il-ktieb Nar Ġo Qalbna (ippubblikat mil-Librerija Preca) ġie ttradott u ppubblikat bl-Ispanjol (Fuego En Nuestros Corazones).

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Writing romances and novels in Maltese". Times of Malta. 19 September 2004.
  2. ^ "Bongi Wongi At the Bibliotheque Nationale de France". The Malta Independent. 8 November 2008.
  3. ^ "Sardinella w il Pizella". Weekend Chronicle. 4 October 1986.
  4. ^ Grech, Jesmond (2002). British heritage in Malta . Malta]; Luqa, Malta: Centro stampa editoriale Perseus, Plurigraf ; Miller Distributors. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  5. ^ Rix, Juliet (2010). Malta (bl-Ingliż). Bradt Travel Guides. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)