Jean Dieudonné

matematiku Franċiż

Jean Alexandre Eugène Dieudonné ([djødɔne]; twieled fl-1 ta’ Lulju 1906 – miet fid-29 ta’ Novembru 1992) kien matematiku Franċiż, magħruf għar-riċerka tiegħu fl-alġebra astratta, il-ġeometrija alġebrajka, u l-analiżi funzjonali, għall-involviment mill-qrib tiegħu mal-grupp psewdonimu Nicolas Bourbaki u għall-proġett tal-Éléments de géométrie algébrique ta’ Alexander Grothendieck, u bħala storiku tal-matematika, partikolarment fl-oqsma tal-analiżi funzjonali u t-topoloġija alġebrajka. Ix-xogħol tiegħu fuq il-gruppi klassiċi (il-ktieb La Géométrie des groupes classiques ġie ppubblikat fl-1955), u dak fuq il-gruppi formali, li introduċa dawk li issa jissejħu moduli ta’ Dieudonné, kellhom effett maġġuri fuq dawk l-oqsma.

Jean Dieudonné
President

1973 - 1981
Louis de Broglie - André Lichnerowicz
Ħajja
Isem propju Jean Alexandre Eugène Dieudonné
Twelid Lille, 1 Lulju 1906
Nazzjonalità Franza
Mewt 15th arrondissement of Paris (en) Translateu Pariġi, 29 Novembru 1992
Post tad-dfin Cimetière du Sud (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Lycée Condorcet
(1915 - 1919)
Bembridge School (en) Translate
(1919 - 1920)
Lycée Faidherbe (en) Translate
(1920 - 1923)
École Normale Supérieure (en) Translate
(1924 - 1931)
Teżi '
Direttur tat-teżi Paul Montel (mul) Translate
Studenti dottorali Alexander Grothendieck (en) Translate
Jean Braconnier (en) Translate
Kishore Marathe (en) Translate
Edmond Fedida (en) Translate
Paulo Ribenboim (en) Translate
Lingwi Franċiż
Ingliż
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
storiku tal-matematika
għalliem fl-università
Impjegaturi University of Rennes (en) Translate  (1933 -  1937)
Université de Nancy (en) Translate  (1937 -  1946)
Università ta’ São Paulo  (1946 -  1948)
Université de Nancy (en) Translate  (1948 -  1952)
Università ta’ Michigan  (1952 -  1953)
Northwestern University (en) Translate  (1953 -  1959)
Institut des Hautes Études Scientifiques (en) Translate  (1959 -  1964)
University of Nice Sophia Antipolis (en) Translate  (1964 -  1970)
Xogħlijiet importanti Cartan–Dieudonné theorem (en) Translate
Dieudonné determinant (en) Translate
Dieudonné plank (en) Translate
Dieudonné's theorem (en) Translate
Infinitesimal Calculus (en) Translate
Q2821980 Translate
Premjijiet
Sħubija Akkademja Franċiża tax-Xjenzi

Huwa twieled u trawwem f’Lille, u studja l-Ingilterra fejn ġie introdott għall-alġebra. Fl-1924 huwa ġie ammess fl-École Normale Supérieure, fejn fil-klassi miegħu kellu lil André Weil.[1] Huwa beda jaħdem fuq l-analiżi komplessa. Fl-1934 huwa kien wieħed mill-grupp ta’ normaliens imlaqqa’ minn Weil, li mbagħad saru “Bourbaki”.

Edukazzjoni u tagħlim

immodifika

Huwa wettaq servizz fl-Armata Franċiża matul it-Tiena Gwerra Dinjija, u mbagħad għallem f’Clermont-Ferrand sal-liberazzjoni ta’ Franza. Wara li ħadem bħala Professur fl-Università ta’ São Paulo (1946-1947), fl-Università ta’ Nancy (1948-1952) u fl-Università ta’ Michigan (1952-1953), huwa ngħaqad mad-Dipartiment tal-Matematika fin-Northwestern University fl-1953, qabel ma reġa’ lura Franza bħala membru fundatur tal-Institut des Hautes Études Scientifiques. Huwa mar jaħdem fl-Università ta’ Nizza fejn waqqaf id-Dipartiment tal-Matematika fl-1964, u rtira fl-1970. Huwa ġie elett bħala membru tal-Académie des Sciences fl-1968.

Karriera

immodifika

Dieudonné fassal il-biċċa l-kbira tas-sensiela ta’ testi ta’ Bourbaki, il-bosta volumi tas-sensiela tal-ġeometrija alġebrajka EGA, u disa’ volumi tal-Éléments d'Analyse tiegħu stess. L-ewwel volum tat-Traité hija verżjoni bil-Franċiż tal-ktieb Foundations of Modern Analysis (1960), li kien sar ktieb akkademiku universitarju dwar l-analiżi funzjonali.

Huwa kiteb ukoll monografi individwali dwar il-Kalkulu Infiniteżmali, l-Linear Alġebra Linjari u l-Ġeometrija Elementari, it-teorija invarjanti, l-alġebra kommutattiva, il-ġeometrija alġebrajka, u l-gruppi formali.

Flimkien ma’ Laurent Schwartz huwa ssorvelja r-riċerka bikrija ta’ Alexander Grothendieck. Iktar ’il quddiem, mill-1959 sal-1964 huwa kien fl-Institut des Hautes Études Scientifiques flimkien ma’ Grothendieck, u kkollabora fix-xogħol ta’ espożizzjoni meħtieġ biex jiġi appoġġat il-proġett tal-istabbiliment mill-ġdid tal-ġeometrija alġebrajka fuq il-bażi l-ġdida ta’ skemi.

Selezzjoni ta’ xogħlijiet

immodifika

·        Sur les groupes classiques. Paris: Hermann. 1948.[2]

·        Dieudonné, Jean (1955), La géométrie des groupes classiques, Ergebnisse der Mathematik und ihrer Grenzgebiete (N.F.), Heft 5, Berlin, New York: Springer-Verlag, ISBN 978-0-387-05391-2.[3]

·        9 volumi ta’ Éléments d'analyse (1960-1982), éd. Gauthier-Villars[4]

o    Foundations of Modern Analysis. Academic Press. 1960.[5]

·        Algèbre linéaire et géométrie élémentaire. Hermann. 1964.; Eng. trans: Linear algebra and geometry. 1969.

·        Dieudonné, Jean A. (1970). "The work of Nicolas Bourbaki". Amer. Math. Monthly. 77 (2): 134–145.

·        Dieudonné, Jean A.; Carrell, James B. (1971), "Invariant theory, old and new", Advances in Mathematics, Boston, MA: Academic Press, 4: 1–80, (ristampar ta’ Dieudonné, Jean A.; Carrell, James B. (1970), "Invariant theory, old and new", Advances in Mathematics, 4: 1–80.

·        Dieudonne, J. (Oct 1972). "Historical development of algebraic geometry". American Mathematical Monthly. 79 (8): 827–866.

·        Introduction to the theory of formal groups. Dekker. 1973.

·        Cours de géométrie algébrique I. P.U.F. 1974.[6]

·        Cours de géométrie algébrique II. P.U.F. 1974.[6]

·        Dieudonné, Jean Alexandre (1982), A panorama of pure mathematics, Pure and Applied Mathematics, 97, London: Academic Press Inc. [Harcourt Brace Jovanovich Publishers], ISBN 978-0-12-215560-4.[7]

·        Dieudonné, Jean (1981), Choix d'œuvres mathématiques. Tome I (in French), Paris: Hermann, ISBN 978-2-7056-5922-6.

·        Dieudonné, Jean (1981), Choix d'œuvres mathématiques. Tome II (in French), Paris: Hermann, ISBN 978-2-7056-5923-3.

·        History of functional analysis. North-Holland. 1981. ISBN 9780080871608.[8]

·        Pour l'honneur de l'esprit humain: les mathématiques aujourd'hui. Hachette. 1987.

·        A History of Algebraic and Differential Topology 1900-1960. Birkhäuser Boston. 1988. ISBN 9780817649074.

·        Mathematics - the music of reason. Springer. 1992. ISBN 9783540533467.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Weil, André (1992). The apprenticeship of a mathematician. Springer.
  2. ^ Kolchin, Ellis R. (1949). "Review: Sur les groupes classiques, by Jean Dieudonné". Bull. Amer. Math. Soc. 55 (3, Part 1): 317–320.
  3. ^ Reiner, Irving (1956). "Review: La géométrie des groupes classiques, by Jean Dieudonné". Bull. Amer. Math. Soc. 62 (4): 417–420.
  4. ^ Marsden, Jerrold E. (1980). "Review: Treatise on analysis, by Jean Dieudonné, trans. by I. G. MacDonald". Bull. Amer. Math. Soc. (N.S.). 3 (1): 719–724.
  5. ^ Nachbin, Leopoldo (1960). "Review: Foundations of Modern Analysis, by Jean Dieudonné". Bull. Amer. Math. Soc. 67 (3): 246–250.
  6. ^ a b Hartshorne, Robin (1976). "Review: Cours de géométrie algébrique, vols. I and II by Jean Dieudonné; Basic Algebraic Geometry, by I R. Shararevich, trans. by K. A. Hirsch". Bull. Amer. Math. Soc. 82 (3): 455–459.
  7. ^ Halmos, Paul R. (1979). "Review: Panorama des mathématiques pure, by Jean Dieudonné". Bull. Amer. Math. Soc. (N.S.). 1 (4): 678–681.
  8. ^ Doran, Robert S. (1982). "Review: History of functional analysis, by Jean Dieudonné". Bull. Amer. Math. Soc. (N.S.). 7 (2): 403–409.