James Martin

esploratur Malti

James Martin (1857, il-Marsa, MaltaLiżbona, 1925, il-Portugall) kien esploratur Malti ta' inteliġenza kbira iżda li kien ibati mid-dislessija. Il-mara li żżeweġ nafu li kienet bint tabib Portugiż iżda li ftit li xejn hemm informazzjoni dwarha.

James Martin
Ħajja
Twelid Marsa, 1857
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Liżbona, 1924
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur

Sakemm kellu seba' snin mar l-iskola iżda kellu jieqaf minħabba il-kundizzjoni li kellu. Missier kien jaħdem fuq il-baħar u għalhekk it-tfajjel James seta' jqatta' ħafna ħin il-Port il-Kbir. Hemmhekk iltaqa' ma bosta baħrin fejn seta' jisma' ġrajjiet diversi dwar artijiet imbegħdin. James kien jibqa' imsaħħar jisma' dawn l-istejjer. Aktar ma beda' jgħaddi iż-żmien, aktar James kien jitħajjar li jaħdem fuq il-baħar - wieħed mill-ewwel xogħlijiet tiegħu kien ta' ħajjat tal-qlugħ, iżda dan l-impjieg ma' kienx jirrendilu wisq għaldaqstant malli wasal fl-età ta' sittax-il sena, James daħal baħri mal-flotta Inġliża li dak iż-żmien kienet għadha tiggverna lill-Gżejjer Maltin. Permezz ta' dan ix-xogħol huwa seta' jaqta' xewqtu li jdur ħafna pajjiżi.

Vjaġġ importanti ta' dan l-esploratur huwa dak lejn l-Afrika. Tant baqa' impressjonat minn dan il-kontinent li ddeċieda li jibqa' hemm. Ta' bniedem ta' intelliġenza kbira li kien ma damx ma' tgħallem il-lingwi tal-post. Għamel ukoll ħafna ħbieb Afrikani, fosthom kapijiet ta' rħula u tribujiet li kienu jħobbu ħafna il-karattru ferrieħi tiegħu.

Darba James Martin iltaqa' ma esploratur Ingliż. Dan stiednu jmur miegħu fuq spedizzjoni lejn il-Muntanja Kilimanġaro. Il-post kien dak fejn tgħix it-tribù Maasai, din hi tribù magħmula minn ġellieda ħorox.

Wara il-vjaġġ imsemmi Martin waqqaf mix-xogħol, però ma kienx it-tmiem tal-avventuri tiegħu minħabba l-fatt li kellu ħafna domandi min-neguzjanti biex imur magħhom fuq vjaġġi twal f'dawn l-artijeit tal-kontinent Afrikan.