Ittri mill-Mitħna Tiegħi
Ittri mill-Mitħna Tiegħi (Lettres de mon moulin) hi ġabra ta' novelli, il-parti l-kbira ambjentati fi Provenza, miktubin mill-kittieb Franċiż Alphonse Daudet li dehret fl-1869.
Il-ktieb, famużissmu fi Franza, fejn hu spiss meqjus - inġustament - bħala xogħol għat-tfal, hu parti ispirat mir-rakkonti li Daudet ġabar fi Provenza (l-istorja ta' L-Arleżjana ġiet irrakkuntata lil Daudet minn Frédéric Mistral). Xi wħud minnhom kisbu fama straordinarja li saru proverbjali, bħal Il-Mogħża ta' Monsieur Seguin (La chèvre de M. Seguin), Is-Sigriet ta' Maître Cornille (Le secret de maître Cornille), Il-Kappillan ta' Cucugnan (Le curé de Cucugnan).
In-novelli kienu l-ewwel ippubblikati, mit-18 ta' Awwissu 1866, bl-isem Kronaki Provenzali f'L'Evénement, imbagħad f'Le Figaro fl-1868-69. L-ewwel pubblikazzjoni bħala ġabra, bit-titlu Ittri mill-Mitħna Tiegħi dehret fl-1869. B'kollox l-Ittri mill-Mitħna Tiegħi kienu erba' u għoxrin. Dwar l-ittri Daudet f'Trente ans de paris, à travers ma vie et mes livres qal li inkitbu bil-kapriċċi tar-riħ, ta' mument, ta' eżistenza aġitata għal kollox".
Minkejja li Daudet mar joqgħod Pariġi fl-1857 u għex kważi dejjem f'dik il-belt, il-memorji ta' tfulitu u l-adolexxenza tiegħu li għex fi Provenza qatt ma ħallewh. Mar lura Provenza fl-1861, imbagħad fl-1863-64, meta kien il-mistieden tal-kuġini tiegħu Ambroy, fil-kastell ta' Montauban, ħdejn Fontvieille. Hemm iltaqa' ma' Mistral, il-poeta kbir ta' Provenza li kien diġà iltaqa' miegħu Pariġi fl-1859. Il-mitħna fejn Daudet qal li kien għex u fejn suppost kiteb l-ittri, għadha teżisti u hi ċentru ta' pellegrinaġġi għal dawk li jammiraw ħafna 'l Daudet, imma hu qatt ma għex fiha.
Il-ktieb inqaleb għall-Malti minn Joe Pulè (Horizons 2019).
Novelli
immodifika- 0 Avant-propos, "Daħla", miżjuda mal-ġabra
- 1 Installation, "L-Ewwel Jiem fil-Mitħna", integrata ma' La Diligence de Beaucaire f' Le Figaro
- 2 La Diligence de Beaucaire, "Id-Diliġenza ta' Beaucaire", ippublikata l-ewwel 'Le Figaro tas-16 ta' Ottubru 1868, bis-sottotitlu ta' De mon moulin
- 3 Le Secret de maître Cornille, "Is-Sigriet ta' Maître Cornille" ippubblikata l-ewwel 'L'Événement tal-20 ta' Ottubru 1866
- 4 La Chèvre de monsieur Seguin, "Il-Mogħża ta' Monsieur Seguin", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tal-14 Ta' Settembru 1866
- 5 Les Étoiles, "Il-Kwiekeb", ippublikata l-ewwel f'Le Bien public tat-8 ta' April 1873, imbagħad f'Robert Helmont fl-1874
- 6 L'Arlésienne, "L-Arleżjana", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tal-31 ta' Awwissu 1866
- 7 La Mule du pape, "Il-Bagħla tal-Papa", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tat-30 ta' Ottubru 1868
- 8 Le Phare des Sanguinaires, "Il-Fanal tas-Sangwinarji", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tat-22 ta' Awwissu 1869, bis-sopratitlu Lettres de mon moulin
- 9 L'Agonie de la Sémillante, "L-Agunija tas-Sémillante", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tas-7 ta' Ottubru 1866
- 10 Les Douaniers, "Il-Baħrin tad-Dwana", ippublikata l-ewwel f'Le Bien Public tal-11 ta' Frar 1873, imbagħad f'Robert Helmont fl-1874
- 11 Le Curé de Cucugnan, "Il-Kappillan ta' Cucugnan", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tat-28 ta' Ottubru 1866
- 12 Les Vieux, "ix-Xjuħ", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tat-23 ta' Ottubru 1868
- 13 Ballades en prose, "Ballati bil-Ballati":
- La Mort du Dauphin, "Il-Mewt tad-Dauphin", ippublikata l-ewwel f'L’Événement du 13 octobre 1866
- Le Sous-préfet aux champs, "Is-Sotto Prefett fil-Kampanja", ippublikata l-ewwel f'L’Événement du 13 octobre 1866
- 14 Le Portefeuille de Bixiou, "Il-Portafoll ta' Bixiou", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tas-sbatax ta' Novembru 1868
- 15 La Légende de l'homme à la cervelle d'or, "Il-Leġġenda tar-Raġel b'Moħħu tad-Deheb", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tad-29 ta' Settembru 1866
- 16 Le Poète Mistral, "Il_Poeta Mistral", ippublikata l-ewwel f'L’Événementtal-21 ta' Settembru 1866
- 17 Les Trois Messes basses, "It-Tliet Quddisiet Letti", ippublikata l-ewwel f'Contes du lundi fl-1875
- 18 Les Oranges, "Il-Larinġ", ippublikata l-ewwel f'Le Bien public du 10 juin 1873, imbagħad f'Robert Helmont fl-1874
- 19 Les Deux Auberges, "Iż-żewġ Dverni", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tas-17 ta' Novembru 1868
- 20 À Milianah, "F'Miljana", ippublikata l-ewwel f'La Revue nouvelle tal-1 ta' Frar 1864 bit-titlu Promenades en Afrique. La Petite Ville
- 21 Les Sauterelles, "Il-Ġradijiet", ippublikata l-ewwel f'Le Bien public tal-25 ta' Marzu 1873, imbagħad f'Robert Helmont fl-1874
- 22 L'Élixir du révérend père Gaucher, "L-Eliżir tar-Reverendu Patri Gaucher", ippublikata l-ewwel f'Le Figaro tat-2 ta' Ottubru 1869
- 23 En Camargue, "F'Camargue", ippublikata l-ewwel f'Le Bien public tal-24 ta' Ġunjut 1873, imbagħad f'Robert Helmont fl-1874
- Le Départ, "It-Tluq";
- La Cabane, "L-Għarix";
- À l'espére ! (À l'affût !), "L-Għassa għall-Kaċċa" ;
- Le Rouge et le Blanc, "L-Aħmar u l-Iswed";
- Le Vaccarès, "Vaccarès";
- 24 Nostalgies de caserne, "Nostalġija għall-Kwartier tas-Suldati", ippublikata l-ewwel f'L’Événement tas-7 ta' Settembru 1866
Minn L-Arleżjana Daudet ħareġ dramm li għalih Georges Bizet fl-1872 ikkompoma xi musiche di scena, li saru famużissmi Mill-istess dramm L. Marenco ħareġ librett għal opra li ġiet immużikata minn Francesco Cilea (l-ewwel rappreżentazzjoni f'Milano, Teatro Lirico, is-27 ta' Novembru 1897).
Ir-reġista Franċiż, Marcel Pagnol (Aubagne, 1895 – Parigi, 1974) fl-1954 u fl-1967 ipproduċa żewġ films ispirati minn erbgħa mir-rakkonti: : L-Eliżir tar-Reverendu Patri Gaucher, Is-Sigriet ta' Maître Cornille, It-Tliet Quddisiet Letti u Il-Kappillan ta' Cucugnan.