It-Tbissima tat-Tfal
It-Tbissima tat-Tfal, (Grieg: Το Χαμόγελο του παιδιού; Ingliż: The Smile of the Child) hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ghat-tfal ibbażata f’Ateni, il-Greċja.
Bidu tal-Organizazzjoni
immodifikaF’Diċembru 1995, numru kbir ta’ Griegi raw il-programm televisiv ‘Red Card’, fuq tifel ta’ 18-il xahar, Andreas Giannopoulos, li kien qed jiġġieled ghal hajtu minhabba problemi serji ta’ sahha. Dan ipprovda l-impetu għall-ħolqien ta’ l-Organizazzjoni It-Tbissima tat-Tfal (The Smile of the Child)[1] F’Jannar 1996, It-Tbissima tat-Tfal ġiet irreġistrata bħala organizzazzjoni mhux governattiva mingħajr skop ta’ qligħ. Minn dak iz-zmien l'hawn L-Assoċjazzjoni kompliet tespandi biex tghin lil tfal fil-bżonn li jgħixu fil-Greċja.[2]
Attivitajjiet
immodifikaIt-Tbissima tat-Tfal torganizza Bazaars[3], Kuncerti u avvenimenti kulturali u sportivi li għandhom l-għan li jassistu lit-tfal fil-bżonn u lill-familji tagħhom[4]
Fondi
immodifikaL-Organizzazzjoni hija appoġġata finanzjarjament minn għadd ta’ kumpanniji fil-Greċja u bnadi oħra. Hellenic Police u Elpida huma żewġ organizzazzjonijiet li jappoġġjaw lil din l-entita.
Sħab Internazzjonali
immodifikaIt-Tbissima tat-tfal tikkollabora ma’ hafna organizzazzjonijiet internazzjonali fosthom dawk bħaċ-Ċentru Internazzjonali għal Tfal Neqsin u Sfruttati (ICMEC)[2], Missing Children Europe[5], Child Help Online[6], European Federation for Street Children[7], u ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Istati Uniti għal Tfal Nieqsa u Sfruttati[8]
F' Ottubru 2010, iċ-Ċentru Ewropew tax-Xlokk għal Tfal Nieqsa u Sfruttati (Southeastern European Centre for Missing and Exploited Children) ġie inawgurat, bħala inizjattiva konġunta bejn ICMEC u It-Tbissima tat-Tfal[9]
Ara Wkoll
immodifikaAction Aid.[3]
Referenzi
immodifika- ^ [1]Hamogelo
- ^ Hellafrappe Blogspot
- ^ Hellasfrappe blogspot
- ^ Picfrappe
- ^ Missing Children Europe
- ^ Child Helpline International
- ^ "European Federation for Street Children". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-01. Miġbur 2020-04-03.
- ^ Missing Kids
- ^ Global Sustain