Isabelle Borg

Artista Maltija

Isabelle Borg (Londra 7 ta' Settembru 1959 - Malta 23 ta' Settembru 2010) kienet artista Ingliża-Maltija. Ix-xogħol tagħha deher f’diversi wirjiet f’Malta u internazzjonalment.

Isabelle Borg
Ħajja
Twelid Londra, 7 Settembru 1959
Mewt Malta, 23 Settembru 2010
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur

Isabelle Borg twieldet Londra fl-1959 minn missier Malti u omm Taljana.[1] Hija studjat il-pittura fil-Camberwell School of Art, Londra, u ggradwat BA (Hons) fl-1986. Hija kisbet MA (History of Art) fl-1994 u għallmet l-arti fl-Università ta’ Malta.[2] Qattgħet perjodi ta’ ħajjitha f’Berlin u West Cork, fl-Irlanda.[3] Lejn l-aħħar tas-snin tmenin hija waqqfet il-Moviment Mara Maltija.[4]

Borg mietet f’Malta fl-2010, wara li sofriet minn fibrożi pulmonari idjopatika.[5] Qattgħet l-aħħar snin ta’ ħajjitha taħdem mill-istudjo tagħha fil-Furjana.[6] Matul l-aħħar xhur ta’ ħajjitha kienet attiva tipprotesta kontra l-awtoritajiet tal-ippjanar ta’ Malta, billi sostniet li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li kienu qed isiru biswit ir-residenza tagħha kienu qed ikollhom impatt negattiv fuq il-kwalità ta' ħajjitha, qed jaggravaw il-marda il-madra li kellha u jillimitawha biex tgħix fil-kamra tas-sodda tagħha, kif ukoll kellhom impatt negattiv fuq il-wirt kulturali taż-żona.[7]

Xogħlijiet

immodifika

Isabelle Borg regolarment esibiet ix-xogħol tagħha kemm f'Malta kif ukoll internazzjonalment, fl-Irlanda, l-Ingilterra, u l-Ġermanja, fost pajjiżi oħra.[8] Ix-xogħol tagħha kien esebit fil-Museum of Fine Arts f’Malta u fil-Kavallier ta' San Ġakbu.[9] Hija pparteċipat f'diversi wirjiet ta' gruppi u kellha r-riċerka tagħha ppubblikata.[10] Retrospettiva tax-xogħolijiet artistiċi tagħha saret f’Malta f’Ġunju 2017.[11] Is-suġġetti tagħha kienu jinkludu pajsaġġi, astratti u ritratti.[12]

Referenzi

immodifika

Rabtiet esterni

immodifika